PROGRAMM TAL-FESTA 2021.
1. L-Erbgħa 23 ta’ Ġunju : L-aħħar Erbgħa tal-Madonna. Nirringrazzjaw lill-Predikatur Fr Stefan Attard li kien magħna għall-Erbgħat kollha.
2. Il-Ħadd 27 ta’ Ġunju : Festa tat-Tfal u Jum it-Tifkira tal-Inkurunazzjoni.
11.00am Quddiesa bil-Preżentazzjoni tat-Trabi u tat-Tfal lis-Sultana Tagħna.
6.30pm Quddiesa Konċelebrata b’Tifkira tal-Inkurunazzjoni tal-Istatwa.
3. It-Tnejn 28 ta’ Ġunju : Jum il-Benefatturi Ħajjin u Mejtin.
4. It-Tlieta 29 ta’ Ġunju : Festa ta’ San Pietru u San Pawl.
5. L-Erbgħa 30 ta’ Ġunju : L-1 Jum tat-Tridu. 5.45pm Novena Perpetwa, Kant tat-Talb tal-Għasar, Quddiesa Kantata. Jippriedka Patri Andrew Galea ofm conv. Kappillan tal-Parroċċa tal-Qawra, Kurunella, Innu, Antifona u Barka Sagramentali.
6. Il-Ħamis 1 ta’ Lulju : It-2 Jum tat-Tridu.
Programm bħal l-1 Jum tat-Tridu.
7. Il-Ġimgħa 2 ta’ Lulju : It-3 Jum tat-Tridu.
Programm bħal Jiem ta’ qabel.
8. Is-Sibt 3 ta’ Lulju : Lejliet il-Festa.
9.00am Quddiesa bil-Kant tat-Te Deum.
4.30pm Rużarju. 5.00pm Quddiesa.
6.00pm Translazzjoni Solenni mill-Artal ta’ San Franġisk.
Mistiedna jieħdu sehem mall-Komunita’ Franġiskana, l-OFS, il-Fratellanzi tas-Sagrament u tal-Madonna, ir-Reffiegħa tal-Istatwa u l-Abbatini.
Titkanta l-Antifona u Quddiesa Konċelebrata mill-Vigarju Provinċjali Patri Marcello Ghirlando ofm.
9. Il-Ħadd 4 ta’ Lulju : Jum il-Festa.
7.00am Quddiesa bit-Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum.
9.00am Konċelebrazzjoni Solenni mill-Vigarju Provinċjali Patri Marcello Ghirlando ofm.
Jinseġ il-Paniġierku Mons. Joseph Sultana, Arċipriet tal-Katidral ta’ Għawdex. 5.30pm Rużarju.
6.30pm Quddiesa bil-Kant tas-Salmi tal-Għasar.
• Fil-Jiem tat-Tridu : Jieħu sehem il-Kor tal-Parroċċa taħt it-tmexxija tas-Surmast Tony Perry.
• Lejliet u nhar il-Festa : Jieħu sehem il-Kor Ġesu’ Nazzarenu flimkien mall-Orkestra taħt it-tmexxija ta’ Patri Salv Galea O.P.
10. Il-Kummissjoni Festi tavża : Li minn din il-ġimgħa jibda jitqassam il-ktieb tal-Festa fid-djar tagħkom.
Filwaqt li tirringrazzjakhom tal-ġenerożita’ tagħkom.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
Tel: 2131 3505 / 7953 7719.