1. Il-Ħamis 12 ta’ Settembru, fis-6.00p.m. issir l-Adorazzjoni sa qabel il-quddiesa tas-6.30p.m.

2. Is-Sibt 14 ta’ Settembru, l-Għaqda Żgħażagħ Banda Sliema, se jorganizzaw ‘Water Games’, fil- Kazin Banda Sliema, bejn id-9.30am. u s-1.00p.m. Donazzjoni ta’ €15.

3. Is-Sibt 14 ta’ Settembru, bejn il-5.00p.m. u t-8.00p.m., laqgħa għall- abbatini u adoloxxenti subien fil-Kunvent tagħna tar-Rabat. Huwa ħin ta’ Formazzjoni Nisranija permezz ta’ Quddiesa, logħob u ikel flimkien.

4. Nerġgħu infakkru:
(1) Se norganizzaw trasport għall-Festa tat-800 sena mill-Għoti tal-Pjagi li San Franġisk,
it-Tlieta 17 ta’ Settembru fil-Knisja tagħna l-Ħamrun. Nitilqu fil-5.00p.m. mis-Savoy
Bus Stop. Booking €10 mingħand Margaret Cini.
Dak in-nhar fil-Parroċċa ma ssirx il-Quddiesa tas-6.30p.m.
(2) Ir-Reġistrazzjoni tat-tfal għall-katekiżmu ser issir il-Ħadd 15 ta’ Settembru bejn l- 10.00a.m. u 12.00p.m., it-Tnejn 16 ta’ Settembru bejn il-5.00p.m. u s-7.00p.m. u l-Ħadd 22 ta’ Settembru bejn l-10.00a.m. u 12.00p.m.

(3) Min jixtieq jissieħeb fil-Konfraternita’ tal-Madonna, L-Erbgħa 25 ta’ Settembru fil-Quddiesa tas-6.30p.m. ikellem lil Joe Debono.

5. Il-Ġabra Speċjali tal-Ewwel Ħadd ta’ Settembru kienet €3,635. Apprezzajna li fhimtu l-bżonn li tgħinuna fil-Manutenzjoni prinċipali tal-Knisja u bżonnijiet oħra li jkollha. Grazzi tal-ġenerożita’ kbira tagħkom.

6. Matul din il-Ġimgħa għaddew għall-Ħajja ta` Dejjem Noemi Zarb u Doris Gerada.
Agħtihom O Mulej il-Mistrieħ ta` Dejjem …

Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433