1. Il-Ħamis 5 ta` Settembru, fis-6.00pm ikun hawn l-Adorazzjoni sal-Quddiesa ta`filgħaxija.
2. Il-Ħadd 8 ta` Settembru il-Ħarġa għall-Festa tal-Bambina l-Isla.
Nitilqu mis-Savoy Bus Stop fis-6.15pm.
Donazzjoni ta` €10 mal-booking mingħand Margaret Cini.
3. Mill-Ġimgħa 6, sal-Ħadd 8 ta` Settembru aħna l-Patrijiet se niltaqgħu f’Kapitlu biex issir analiżi tal-Presenza u l-Ħidma tagħna fil-Kunventi u l-Knejjes.
Żommuna fit-talb tagħkom biex nisimgħu lil xulxin u nippjanaw għall-ġejjieni.
4. It-Tlieta 17 ta` Settembru, l-Ordni Franġiskan se jiċċelebra t-800 Sena mill-Għoti tal-Pjagi lil San Franġisk.
Il-Provinċja se tiċċelebra dan l-avveniment fil-Knisja tagħna l-Hamrun, b’Quddiesa Solenni mill-E.T. Mons Anton Theuma, Isqof ta` Għawdex.
Dak in-nhar, fil-Parroċċa ma jkunx hawn il-Quddiesa ta` filgħaxija.
Għalhekk se norganizzaw trasport mis-Savoy Bus Stop għal min jixtieq jiġi magħna l-Hamrun.
Tluq fil-5.00pm. Donazzjoni ta` €10 mal-booking mingħand Margaret Cini.
5. Is-Sibt 28 ta` Settembru bħala Parroċċa se nagħtu merħba lill-E.T. Mons Anġlu Falzon O.F.M., l-Isqof il-Ġdid ta` Comayagua fil-Honduras. Dak in-nhar bħala rigal hu aktar utli noffrulu donazzjoni ġeneruża għall-familji foqra u l-ħidma missjunarja tiegħu.
Ħdejn il-pulptu hemm kaxxa biex tagħtu d-donazzjonijiet ġeneruża tagħkom.
6. Fis-6 Anniversarju tal-Inkurunazzjoni tal-Madonna, l-Erbgħa 25 ta` Settembru se ssir il-Vestizzjoni tal-membri ġodda fil-Konfraternita` tal-Madonna.
Min hu interessat ikellem lil Joe Debono.
7. Infakkrukom li fil-15; 16 u 22 ta` Settembru se ssir ir-Reġistrazzjoni tat-tfal għall-Katekiżmu. Aktar dettalji fin-Notice Boards tal-Knisja.
8. Matul din il-Ġimgħa għadda għall-Ħajja ta` Dejjem Charles Perret. Agħtih O Mulej il-Mistrieħ ta` Dejjem,,,
Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments