1. Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Awissu niċċelebraw il-festa ta’ Santa Klara t’Assisi, is-sieħba fl- idejal tal-Vanġelu ta’ San Franġisk. B’xorti kbira f’ pajjizna għandna l-Monsateru tas-Sorijiet Klarissi f’San Ġiljan. Għandna nkunu grati għall-missjoni ta’ ħajja ta’ talb lijoffru għalina. Nistgħu nirreċiprokaw b’talbna għalihom u għal aktar vokazzjonijiet.2. Nifirħu, nawguraw u nitolbu għal Rafel Gatt, abbati tal-parroċċa tagħna li jinsab ma’ abbatini oħra Maltin, jagħti servizz fil-Bażilka tal-Vatikan, f’Ruma.

3. Il-Kummissjoni Festi ippublikat ir-Rendikont sħiħ tad-dħul u ħruġ li kellha għall-festa tal-Parroċċa li għaddiet. Għas-sodisfazzjon ta’ kulħadd ir-Rendikont jinsab fin-Notice Boards tal-Knisja.
Nirringrazzjaw lill-Kummissjoni Festi għall-ħidma li tagħmel b’risq il-Parroċċa .

4. B’risq il-Manutenzjoni li miexja b’ritmu mgħaġġel u kważi tlestiet fuq Sala Padova, dil-ġimgħa daħlu €430. S’issa ġbarna €2,930.
Napprezzaw il-ġenerozita`tagħkom u l-offerta li tajtu llum fil-Ġabra Speċjali għal dan l-iskop.

5. Kif segwejtu fl-aħbarijiet, f’Palermo kawża tal-ħruq fil-foresta, sfat meqruda Knisja antika u popolari ħafna tagħna l-Patrijiet Franġiskani.
Għal dan il-għan, il-Ħadd li ġej fil-Knejjes kollha tagħna se ssir Ġabra b’appoġġ għall-Patrijiet u n-nies tar-raħal.

6. Matul din il-Ġimgħa għadda għall-Ħajja ta’ Dejjem Massimo Panzavecchia.
Agħtiħ O Mulej il-Mistrieħ ta’ dejjem ……

 

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433