Kun Umli u Fittex il-Post tal-Aħħar!
1. It-Tnejn 5 ta’ Settembru : Ningħaqdu maż-Żgħażagħ Darren Abela, Christopher Bilocca u Andre Bonaci, li se jilbsu l-Libsa Franġiskana u jibdew in-Novizzjat.
2. Il-Kunsill Lokali tas-Sliema jħabbar : Li se ssir kompetizzjoni għat-Tfal bejn it-8 snin u 12 il-sena. Ikteb poeżija fuq l-ISQAQ u ħuduha magħkom waqt l-attivita’ SQAQIEN li se ssir nhar is-Sibt 10 ta’ Settembru mis-7pm ‘il quddiem, fi Sqaq Sajjan, tas-Sliema.
3. Il-Ġimgħa 2 ta’ Settembru : L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar. Aħna l-Patrijiet noħorġu għall-Qrar u t-Tqarbin tal-Morda u l-Anzjani.
4. Fuq in-Notice Board : Hemm Poster bil-ġranet u l-ħinijiet tar-Reġistrazzjoni għall-Klassijiet tal-Katekiżmu 2022 – 2023. It-Tfal kollha jridu jiġu Reġistrati. Jeħtieġ il-Firem taż-żewġ Ġenituri anke jekk ma’ jiġux flimkien. Importanti li min jinkiteb għall-ewwel darba u mhux Mgħammed fil-Parroċċa tagħna, ikollna ċ-Ċertifikat tal-Magħmudija. Tfal li jgħixu barra l-Parroċċa tagħna jrid ikollhom Permess mill-Parroċċa tagħhom.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.
0 Comments