PROGRAMM TAL-FESTA TAS-SULTANA TAGĦNA
Is-Sibt 24 ta’ Ġunju: 6.30pm Mandat lir-reffiegħa tal-Vara u Ħruġ tal-Vara minn niċċa.
Il-Ħadd 25 ta’ Ġunju: 9.00am Nimxu mat-Tfal miċ-Centru Sant`Antnin. 9.30am Quddiesa animata mill-Kor tat-tfal.
It-Tnejn 26 ta’ Ġunju: 7.30pm – Lejla Mużikali fil-Knisja mis-Soċjeta` Filarmonika Sliema.
It-Tlieta 27 ta’ Ġunju: 6.30pm Jum l-Għaqdiet. Quddiesa mill-Kappillan.
L-Erbgħa 28 ta’ Ġunju: 9.00am Fil-Quddiesa jingħata s-Sagrament tal-Griżma tal-Morda.
L-Erbgħa 28, il-Ħamis 29 u l-Ġimgħa 30 ta’ Ġunju:
TLETT IJIEM TAT-TRIDU.
5.45pm Novena Perpetwa. 6.30pm Quddiesa kantata.
Jippriedka P. Victor Paul Farrugia O.Carm
Antifona u Barka Sagramentali.
Is-Sibt 1 ta’ Lulju: LEJLIET IL-FESTA
9.00am Quddiesa u Te Deum.
5.00pm Quddiesa mill-Kappillan. 6.00pm Translazzjoni mill-Kappella tal-Adorazzjoni Perpetwa bis-sehem tal-Komunita’ Franġiskana, membri fi ħdan l-Ordni Franġiskan Sekular, Fratellanzi tas-Sagrament u l-Madonna, u reffieħa tal-l-Istawa u Abbatini. Titkanta l-Antifona. 6.30pm Quddiesa Konċelebrata mal-Provinċjal P. Twanny Chircop O.F.M.
Il-Ħadd 2 ta’ Lulju: JUM IL-FESTA
7.00am u 11.00am Quddies. 8.30am Quddiesa Solenni mill-Provinċjal.
Panigierku minn P. Sandro Overend O. F.M. 6.00pm Quddiesa mill-E.T. L-Isqof Joseph Galea Curmi. 7.30pm Ħruġ tal-Purċissjoni. Imexxiha l-Provinċjal.
10.00pm Dħul tal-Purċissjoni.
Antifona u Barka Sagramentali.
Il-Kappillan itemm il-Mandat tiegħu ta’ 6 snin. Il-Provinċjal jintroduċi lil Kappillan il-ġdid P. Martin Coleiro O.F.M.
Il-Programm jinsab fin-Notice Boards tal-Knisja : Għalkemm xi Posters minnhom flimkien mal-Avviżi tal-Knisja għal xi raġuni ġew imneħħija minn xi persuna li tawha fastidju!
FLIMKIEN MA’ ĦUTI L-PATRIJIET NAWGURA
IL-FESTA T-TAJBA LIL KULĦADD.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan / Gwardjan
TEL: 7953 7719 – 2131 3505.
0 Comments