1. It-Tnejn 14 t` Ottubru, Laqgħa għall-Fratelli tas-Sagrament fid-9.30am ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
Fis-7.00pm, Laqgħa tal-Ushers.

2. It-Tlieta 15 t` Ottubru, il-Grupp Padre Pio jiltaqa` fl-4.30pm fil-Knisja ta` Stella Maris. Il-membri tal-O.F.S., jiltaqgħu wara l-Quddiesa tas-6.30pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Pauline Darmanin twassal ir-riflessjoni”Nitlob jew Nittallab?” Kulħadd huwa mistieden.

3. Il-Ħamis 17 t` Ottubru fis-6.00pm l-Adorazzjoni u wara l-Quddiesa tas-6.30pm
niltaqgħu għal Lecio Divina.

4. Il-Ġimgħa 18 t` Ottubru, Laqgħa fil-Knisja fis-7.00pm għall-ġenituri/kustodji tat-tfal li
jattendu l-klassijiet tal-katekiżmu. Importanti li kulħadd jattendi fil-ħin.
Dakinhar, fis-7.00pm se ssir ikla tal-Festa, fit-8.00pm, fil-Każin Banda Sliema, organizzata mill-istess Każin u l-Kummissjoni Festi.

5. It-Tliet, il-Ħamis u l-Ġimgħa ta` kull ġimgħa mill-5.00pm ‘il quddiem jsiru ż-żjajjar lill- familji tal-Parroċċa li kienu ibbukkjaw. Il-familji jkunu avżati minn ġranet qabel.

6. Mil-lum tistgħu tieħdu karti apposta minn taħt l-Ambone biex tiktbu l-għeżież mejtin tagħkom u tirritornawhom b’donazzjoni fl-envelope u tixħtuhom fil-kaxxa l-bajda.
Matul ix-xahar ta` Novembru, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, l-Quddiesa tas-6.30pm noffruha għalihom.

7. Il-Ġabra Speċjali li saret b’risq ix-xogħol taż-żebgħa tal-Knisja kienet €3,320.
Apprezzajna r-rispons qawwi tagħkom u li qed tifhmu l-bżonn biex is-Santwarju jingħata dehra isbaħ u nadifa.
Ix-xogħol se jibda u niskużaw ruħna għal-kull inkonvenjenza.
Napprezzaw is-sapport tagħkom bit-talb u d-donazzjonijiet li tistgħu tixħtu fil-kaxxa tal-Fondazzjoni jew toffruhom direttament lill-Kappillan.

8. Matul din il-ġimgħa għadda għall-ħajja ta` dejjem Martin Cordina.
Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta` dejjem ……………

Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433