Ħuti Franġiskani,

Dħalna fit-tieni sena tal-pandemija tal-Covid 19 u għadna nbgħatu mill-effetti tagħha bit-
tama li dalwaqt noħorġu minnha. Waslet il-festa ddedikata lejn it-tlugħ fis-sema ta’ Marija,
jum qaddis fejn għandna niddedikawh għat-talb biex il-Madonna tkun medjatrici għalina

quddiem binha biex jipproteġina minn dan il-virus qerriedi.
Imma naraw sewwa kemm din il-festa hija għal qalb tal-Maltin. Huma il-ħafna li jistennewha din il-festa għax jagħmlu parti mill-ħafna parrocci li jiccelebraw din il-festa, min għal armar tal-festa ta’ barra u oħrajn l-armar tal-knisja minn ġewwa. Hemm tal-banda u hemm tan-nar.

Minn dawn kollha ma nafx kemm ikollhom ħin biex jattendu għall-funzjonijiet li jsiru fil-knisja hlief għal numru ta’ anzjani li minnħabba li huma vulnerabli jitolbu lill-Madonna biex
tbeghdna minn din il-pandemija. Imma hemm min jistenna din il-festa għal vaganzi tax-

xogħol biex isifru jew jitilgħu Għawdex u jqattghu gimgħa vaganza.

Marija ġiet fil-ħsieb tal-Mulej mhux meta twieldet, l-anqas meta Ġwakkin u Anna bħala
ġenituri tagħha ppreżentawha fit-tempju u kkonsagrawha lil Alla; l-anqas fit-tħabbira tal-

Anġlu Gabriel u lanqas meta Eliżabetta laqgħet lil Marija bl-esklamazzjoni “U minn fejn ġieni dan li omm Sidi tiġi għandi? (Lq 1, 43). Il-Mulej Alla ħaseb f’Marija wisq qabel. Kien fill-waqgħa tal-bniedem meta fil-ġnien tal-Eden, lis-serp qallu; “Jien inqajjem mibegħda bejnek u bejn il-mara, bejn nislek u bejn nisilha” (Ġen. 3, 15)

Il-Bibja tixhed li Marija kellha u għad għandha rwol ewlieni u ċentrali fil-Pjan tal-Fidwa tal-
Bniedem, kif kien ġie mfassal mill-Mulej Alla innifsu. Infatti San Pawl jiġbor dan il-pjan fi
ftit kliem fejn jgħid: “Meta waslet il-milja taż-żminijiet, Alla bagħat lil Ibnu mwieled minn

Mara”.

Biex dan ir-rwol ta’ Marija fil-Fidwa tal-Bniedem jissaħaħ u jikber, Ġesu’ meta lemaħ lill-
Ommu Marija taħt is-salib qalilha, “Mara Hawn hu ibnek” imbgħad qal lid-Dixxiplu, “hawn
hi Ommok”. (Ġw 19. 26-27) Il-Verġni Mbierka laqgħet fis-skiet dan l-ogħla grad tal-
maternita tal-Grazzji, li għaliha diġa’ kienet tat tweġiba tal-fidi, meta qalet “Iva” dakinhar
tat-Tħabbira tal-Anġlu. Hawn naraw x’saħħa għandha Marija fuq il-Qalb Ħanina ta’ Ġesu’

meta Hi mhux talli hija Ommna iżda medjatriċi tal-Grazzji kollha wkoll.

Il-fiduċja ta’ Marija, it-talba u l-interċessjoni materna tagħha ħarġu rebbiħin, hu b’hekk kien
jixraq fuq li jixraq li r-rabta ta’ Marija bħala l-Eva l-Ġdida ma’ Adam il-Ġdid, titwettaq bir-
rebħa sħiħa tagħha fuq il-qerda tal-mewt. Kien jixraq li bħala n-nisranija ewlenija u bħala l-
ewwel Tabernaklu u bħala l-mudell tal-Knisja kollha, hija tibda tgawdi sa mill-bidu l-frott

kollu tal-fidwa ta’ Kristu.

Huwa twemmin sod tal-knisja, imwettaq bħala domma tal-fidi mill-Papa Piju XII fl-1 ta’
Novembru 1950 li l-Omm ta’ Alla Marija, Immakulata u dejjem Verġni, kellha wara mewtha
ma tarax it-taħsir ta’ ġisimha, iżda tkun meħuda bir-ruħ u l-ġisem fil-glorja tal-Ġenna fejn

ġiet inkurunata u mgħollija fuq il-kori kollha tal-anġli.

Joe Gatt ofs