1. Illum il-Ħadd, 11 il-tifel u tifla waslu għas-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof.
Grazzi lill-ġenituri u l-katekisti tagħhom li qdew dmirhom biex dawn it-tfal issa kkonfermati bi Kristjani Adulti fil-Knisja.
Nawgurawlhom u nitolbu għalihom.
2. It-Tnejn 18 ta` Novembru:
Fid-9.30am, laqgħa għall-Fratelli tas-Sagrament ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
Filgħaxija l-Uffiċċju Parrokkjali ma jiftaħx.
L-Ushers ikollhom il-laqgħa ta` kull xahar wara l-Quddiesa tas-6.30pm.
3. It-Tlieta 19 ta` Novembru:
Fl-4.30pm jiltaqgħu l-Grupp ta` San Piju tal-Pjagi fil-Knisja ta` Stella Maris.
Wara l-Quddiesa tas-6.30pm jiltaqgħu l-O.F.S. għall-laqgħa.
Pauline Darmanin titkellem dwar “il-Kelma Ħajja”. Kulħadd mistieden.
4. Il-Ħamis 21 u l-Ġimgħa 22 ta` Novembru titlaqqa` l-Assemblea Djoċesana.
Għalhekk din il-ġimgħa, ż-żjajjar lill-familji jsiru it-Tlieta u l-Ħamis.
Il-Ħamis filgħaxija ikun hawn l-Adorazzjoni fis-6.00pm. Il-Lectio Divina ma ssirx.
5. Il-Ħadd 24 ta` Novembru il-Festa ta` Kristu Re.
Iċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana ssir il-Ħadd fil-5.00pm fil-Knisja Bażilika ta` Raħal il-Ġdid.
6. Ngħarrfukom li r-regolamenti għad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja ġew ippubblikati.
Dettalji fuq il-Wedsite tad-Djoċesi.
7. Infakkrukom:
Il-Booking tal-Quddies għall-Mejtin għas-sena d-dieħla qed isir fis-sagristija qabel jew
wara l-Quddies, b’donazzjoni ta` €7.
Is-Sibt 23 ta` Novembru se jsir Turkish Night b’risq il-festa organizzat mill-Kummissjoni
Festi u s–Soċjeta` Filarmonika Sliema fil-Każin Banda Sliema fit-8.00pm.
Tħallux għall-aħħar biex tibbukkjaw għall-Pellegrinaġġ għal Assisi bejn il-21 u s-27 ta`
Lulju, agħtu €250 depositu, kopja tal-Passaport u n-numru tal-mobile lill-Kappillan jew
lil P. Julian.
8. Matul din il-ġimgħa għaddiet għall-Ħajja ta` dejjem, Josephine Pecorella.
Agħtiha Mulej il-Mistrieħ ta` Dejjem ……….
Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments