Noffru l-Quddies għall-egħżież Mejtin.
1. Il-Ħadd 13 ta’ Novembru : 9.30am L-Eċċellenza Tiegħu Mons Ġorġ Frendo, Arċisqof Emeritu ta’ Tiranë-Durrës se jkun fostna biex jagħti s-Sagrament tal-Konfermazzjoni lil 9 Kandidati. Il-Quddiesa tal-11.00am tkun fil-11.30am minħabba din l-okkażjoni.
2. It-Tlieta 15 ta’ Novembru : 4.30pm Laqgħa ta’ San Piju ta’ Pietrelċina fil-Knisja Parrokkjali ta’ Stella Maris.
• 6.30pm Laqgħa tal-OFS fis-Santwarju. Jitkellem Fr Stephen Sciberras ofm. Kulħadd hu mistieden. Tista’ ssegwi mill-webcam tal-Parroċċa.
3. L-Erbgħa 16 ta’ Novembru : Il-Club tal-Anzjani tal-Parroċċa se jorganizza Ħarġa għall-Baħrija. 9.15am tluq mis-Savoy Bus Stop. Prezz €12. Avviċinaw lil xi ħadd mill-Helpers.
4. Il-Ġimgħa 18 ta’ Novembru : 7.00pm Laqgħa għall-Ġenituri tat-Tfal li jattendu l-Katekiżmu fil-Parroċċa tagħna. Il-Laqgħa se ssir fil-Knisja.
5. Il-Ħadd 20 ta’ Novembru : Se ssir il-Ġabra għall-Iskejjel tal-Knisja.
6. Nifirħu lis-Sur Tony Mahoney : Li rċieva ‘Ġieħ tas-Sliema’. Rikonoxximent mogħti mill-Kunsill Lokali tas-Sliema.
7. Il-Kunsill Lokali tas-Siema : Javża lil min jixtieq jieħu l-Vaċċin tal-Influwenza li ser tingħata fil-Klinika maġenb il-Kunsill, għandu jċempel fuq in-numru 2133 7633 sa nhar l-Erbgħa 23 ta’ Novembru.
8. Il-Ġimgħa 2 ta’ Diċembru : 7.00pm se jittella’ Kunċert fuq l-Orgni fis-Santwarju tagħna organizzat mill-Malta International Organ Festival, taħt id-direzzjoni artistika ta’ Dr Joseph Lia. Dħul b’xejn. Il-Fraternita’ Franġiskana tistieden lil kulħadd għal dan il-Kunċert.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.
0 Comments