FESTA TA’ KRISTU RE
1. Il-Ġabra għal-Vokazzjonijiet Franġiskani :
Kienet 1243.25 Ewro. F’isem l-Animaturi tal-Vokazzjonijiet nixtieq nirringrazzjakom talli kontu daqshekk ġenerużi.
2. Direttivi aġġornati dwar il-prevenzjoni tal-Covid-19 :
L-Isqfijiet b’konsultazzjoni mall-Awtoritajiet tas-Saħħa jisħqu biex il-Maskra tintlibes il-ħin kollu u jitgħattew l-imnieħer, il-ħalq u l-geddum.
Ir-reċipjent tal-ġbir ma’ jgħaddix minn id għal oħra iżda minn persuna waħda u min jagħti l-offerta juża s-sanitizer.
Jistgħu isiru Funerali ‘praesente cadavere’ fil-knisja tal-Covid.
It-Tqarbin tal-Morda għalissa għandu jieqaf sakemm persuna ma’ tkunx kritika.
3. Meħtieġa Voluntiera fil-knisja tagħna :
Biex fil-quddies tal-weekend tittieħed it-Temperatura tad-deni skond kif isostnu d-direttivi l-ġodda.
4. Fr Andre’ Zaffarese li jirrappreżenta l-Kurja ta’ Malta dwar id-Direttivi tal-Covid : Ifaħħar lil dawk il-Knejjes li sakemm tibqa’ l-Pandemija ħallew is-siġġijiet minflok il-bankijiet.
5. L-Ewwel Ħadd tal-Avvent hu Jum il-Missjonijiet tal-Art Imqaddsa : Issir il-Ġabra tmur b’risq is-Santwarji u l-preżenza Nisranija fl-Art Imqaddsa.
Biex jinżammu s-Santwarji u l-ftit Insara li għad fadal, il-Missjunarji, il-Parroċċi, l-Iskejjel, id-Djar tal-Anzjani u l-Orfni, id-Djar tal-Pellegrini, l-Istituti Akkademiċi, etc.
6. Ponzietta rigal lill-Knisja : Fi żmien l-Avvent jiġu apprezzati Ponziettas biex inżejjnu l-Artal għall-Avvent u għall-Milied.
7. Fl-4 Ħdud tal-Avvent isir it-Tberik : L-1 Ħadd tal-Girlanda / It-2 Ħadd tat-Trabi fil-Ġuf / It-3 Ħadd tat-Tfal / Ir-4 Ħadd tal-Bambini.
8. Proċess tad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja f’Malta 2021-2022 : Ħarġu r-regolamenti għad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja f’Malta.
Aktar informazzjoni fuq in-Notice Board u l-Website www.knisja.mt
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan
MOB: 7953 7719.