1. Il-Ġabra Speċjali : Kienet €619.42 Nirringrazzjawkom.
2. Dan il-weekend : Hu Jum is-Sejħa Franġiskana fil-Knisja tagħna. Fostna għandna lill-Animaturi tal-Vokazzjonijiet Fr Clive u Fra Lorrie ma’ xi Żgħażagħ li se l-esperjenza franġiskana f’Jannar li ġej. Il-Ġabra tkun għal ħidma Vokazzjonali.
3. F’dan ix-xahar ta’ Novembru : Inkomplu nitolbu għall-Erwieħ tal-Egħżież Mejtin li isimhom hu miktub u offruti f’riġlejn l-Artal “Agħtihom O Mulej………”
4. Kotba tal-Katekiżmu għad fadal li ma’ nġabrux mill-Uffiċċju Parrokkjali : Infakkar lill-Ġenituri biex jiġbruhom u jinfurmaw lill-Katekisti meta jirċievu l-powerpoint.
5. Sound in Silence : Il-Ħadd 22 ta’ Novembru, il-Mużiċisti Stefan Calleja u Desiree Quintano se jerġgħu jagħtu ‘performance’ ta’ mużika klassika u meditattiva fil-Knisja wara l-Quddiesa tal-11.00am. Inizzjattiva tat-Tejatru Sależjan, Sliema.
6. Il-Ħadd 22 ta’ Novembru : Festa ta’ Kristu Re. Tagħlaq is-Sena Liturġika.
7. Il-Ħadd 29 ta’ Novembru : Jibda l-1 Ħadd tal-Avvent.
8. Il-Kunsill Lokali Sliema javża :
a. Li reġa’ beda s-servizz tagħhom tal-karozza għal persuna waħda. Jintuża s-sanitizer u tintlibes il-maskra. Appuntament isir bit-telefon : 2133 7633.
b. Se jtella s-6 edizzjoni ta’ Premju Ġieħ Tas-Sliema b’mod virtwali. Qed jibgħat formoli tan-nominazzjonijiet fid-djar biex timlewhom sal-Erbgħa 25 ta’ Novembru. Formoli jistgħu jinġabru wkoll mill-Kunsill jew il-Parroċċa.
9. Il-Kummissjoni Festa tavża :
a. Bazaar il-Każin Banda Sliema, Illum is-Sibt 14 ta’ Novembru u għada l-Ħadd 15 ta’ Novembru : Bejn it-8.00am u s-1.00pm. 4.00pm u t-8.00pm.
b. Il-Ġimgħa 20 ta’ Novembru : Pizza by delivery b’risq il-Festa. Mis-6.00pm il-quddiem. Iktar dettalji fuq facebook pages tal-festa jew kellmu lil Brian Vigar.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.
0 Comments