It-Twelid tal-Imqaddsa Verġni Marija

1. Reġistrazzjoni għall-Katekiżmu : Sena 2019 – 2020 fl-Uffiċċju Parrokkjali.
a. Jitkomplew nhar it-Tnejn 23 ta’ Settembru bejn il-5.00pm u s-7.00pm.
b. Min għadu ma’ rreġistrax, ma jħallix għall-aħħar.

Importanti :
• Li t-Tfal kollha, inklużi tas-sena l-oħra jiġu Reġistrati.
• Li l-Ġenituri jġibu magħhom il-Karta tal-Identita’ u jkollna l-Firem tagħhom.
• Tħallux għall-aħħar għax ikun fadal ħafna xi jsir minn naħa tagħna.

2. Mit-Tnejn 9 sal-Ġimgħa 13 ta’ Settembru : Il-Kappillan ikun għall-Irtir f’Porziuncola.

3. Is-Sibt 21 ta’ Settembru : 7.30pm L-Abbatini ser jorganizzaw ‘Pasta Night’ fil-Bitħa tal-Każin bħala ‘fundraising’ għalihom. Tħallux tard biex tibbukkjaw ma Daniel Busuttil, Marianne Bonaci u Margaret Cini mill-Bookshop.

4. Programm tal-101 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Parroċċa u Sena mill-Inkurunazzjoni tas-Sultana Tagħna.
• Il-Ġimgħa 27, Ikla fil-Każin Banda Sliema. Prezz: €15 li jinkludi ikel, deżerta, ilma u nbid. Tfal taħt it-12 il sena b’xejn. Bookings ma’ Brian Vigar.
• Is-Sibt 28 ta’ Settembru : 6.30pm Vestizzjoni fil-Konfraternita’ tal-Madonna tas-Sacro Cuor. Irġiel u Nisa li jinteressahom, javviċinaw lil Tony Vidal jew lil Marianne Bonaci.
• Il-Ħadd 29 ta’ Settembru : 11.00am Quddiesa mmexxija minn Mons Joe Galea Curmi.

5. Id-Djarju tal-Quddies b’sufraġju għal-Mejtin għas-sena 2020 : Jinsab fis-Sagristija.

Il-Mulej jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.