KONSAGRAZZJONI TAL-KNISJA
1. Sbieħ il-Ħadd : Indawwru l-Arloġġ siegħa lura. Minn nhar it-Tnejn il-Quddies ikun fis-6.00pm.
2. Il-Ġabra Speċjali tal-Missjoni : Kienet €898.38
3. It-Tlieta 29 ta’ Ottubru : 6.30pm L-O.F.S. għandhom il-laqgħa fis-Sala tagħhom. Jitħaddet Fr Julian Sammut ofm dwar : “L-Ispirtu Franġiskan fil-ħajja tal-lum”.
4. L-Erbgħa 30 ta’ Ottubru : 7.00pm – 8.00pm Klassi taż-Żumba fiċ-Ċentru minn Nicola Fenech. Prezz €5 kull lezzjoni.
5. Il-Ġimgħa 1 ta’ Novembru : Festa tal-Qaddisin kollha u l-1 Ġimgħa tax-xaħar. Il-Patrijiet noħorġu għal Qrar u t-Tqarbin. Filgħaxija Adorazzjoni komunitarja.
6. Is-Sibt 2 ta’ Novembru : Tifkira tal-Mejtin kollha. Infakkrukom fl-envelops. 9.30am Fra Lorrie jkollu l-Laqgħa ta’ Formazzjoni għall-Abbatini.
7. It-Tnejn 4 ta’ Novembru : L-Abbatini u l-Ġenituri se jkollhom ġurnata Għawdex. B’quddiesa fil-Parroċċa ta’ Sannat fejn hemm Artal iddedikat lis-Sultana Tagħna. Wara jqattgħu ħin mall-Abbatini tal-Kunvent ta’ Għawdex.
8. 2 – 7 ta’ Novembru : Nancy Camilleri, koordinatur tal-Missio (Uffiċċju Missjunarju) ser tiltaqa’ mall-Gruppi tal-Parroċċa tagħna bl-iskop li nnisslu spirtu missjunarju. Matul dan ix-xahar Nitolbu għal Paċi fid-dinja u għal kull min qiegħed ibati.
9. It-Tnejn 11 ta’ Novembru : Pellegrinaġġ għall-Addolorata mall-Fratellanza tas-Smu Sagrament. 8.30am Tluq mis-Savoy. 10.00am Quddiesa fil-Kappella u Tberik tal-Oqbra tal-Fratellanza tas-Sagrament, tal-Madonna u tat-Terzjarji. Lura f’nofsinhar. Biljetti €3 mingħand Simiana u Simler. Inħeġġukom tattendu u stiednu nies oħra.
10. Ġiet irrestawrata l-Istatwa ta’ San Baskal : Dalwaqt se tinġieb lura l-Knisja tagħna. Baqalna nħallsu €770. Napprezzaw kull donazzjoni. Se tiġi inawgurata fl-aħħar ġimgħa ta’ Novembru u tittella’ Wirja Antika li tfakkar il-100 sena mit-twaqqif tal-Frattellanza. Grazzi lil Tony Terribile.
11. Ħdejn il-Bookshop : Hemm ‘Raffle’ b’risq il-Kunvent.
12. Il-Kummissjoni Festa tavża : Bazaar mill-Ġimgħa 1 sal-Ħadd 3 ta’ Novembru l-Każin mit-8am sat-8pm. Nilqgħu l-affarijiet l-każin matul il-ġimgħa mill-5pm sas-7pm.
Is-Sibt 9 u l-Ħadd 10 ta’ Novembru : Issir l-attivita’ Ġews, Lews, Qastan u Tin u l-Boroż ta’ San Martin matul il-ħin tal-quddies.
Is-Sibt 23 ta’ Novembru : Se ssir Ravjulata fiċ-Ċentru b’risq il-Festa. Prezz €12 li jinkludi xorb u deżerta. Bookings ma’ Brian Vigar.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.
0 Comments