MA ĠESU’ FUQ IT-TABOR
1. Il-Kors ta’ Kana ġie fi tmiemu llum :
Grazzi lill-koppja mexxejja, Francis u Anne Cuschieri.
Nitolbu għall-għarajjes fil-mixja lejn iż-żwieġ.
2. It-Tlieta 2 ta’ Marzu : 6.45pm Se nerġgħu norganizzaw fid-dawl tax-xemat fil-knisja, ħin ta’ skiet u ġabra. It-Tema hi :
“Fis-Salmi nitkellmu mal-Mulej”.
Organizzata minn David u Angela Pace O’Shea.
Kulħadd hu mistieden.
3. L-Erbgħa 3 ta’ Marzu : 6.00pm Il-Kappillan jistieden għall-Quddiesa u Priedka lil Membri tal-Kummissjoni Festa u l-Membri tal-Każin ‘Banda Sliema’.
4. Il-Ħadd 7 ta’ Marzu : It-Tejatru Sależjan ‘Sounds in Silence’ ser jerġa’ jkun magħna permezz ta’ żewġ mużiċisti li ser iferrħuna bi ftit ħin ta’ mużika rilassanti wara l-Quddiesa tal-11.00am.
5. Matul ir-Randan qed nissuġġerixxu :
“Nitolbu bit-Telefon” ma’ min hu waħdu d-dar.
U l-Ktieb: “Ġarar tal-Fuħħar”, stejjer ta’ riflessjoni.
6. Matul ir-Randan : Il-Via Crucis issir kull nhar t’Erbgħa u nhar ta’ Ġimgħa fit-8.30am u fil-5.30pm.
7. Il-Fondazzjoni tavża : Li minħabba l-ħsarat li ġarrab is-Santwarju f’Novembru bis-sajjetta, se tinxtara ‘Video Camera’ biex jerġa’ jixxandar il-Quddies u l-Funzjonijiet Liturġiċi ‘online’ fuq l-internet.
Tavża wkoll li qed tiġbor donazzjonijiet biex tinxtara PA System ġdida li nlaqtek ukoll bis-sajjetta.
Id-donazzjoni tingħata lill-Kappillan jew titpoġġa fil-kaxxa tal-Fondazzjoni li tinsab ħdejn l-Altar tal-Qalb ta’ Ġesu’. Nirringrazzjawkom.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.