ILLUM ISIR IT-TBERIK TAT-TRABI FIL-ĠUF.
1. Il-Ħadd 5 ta’ Diċembru : ‘Bake Sale’ organizzat miż-Żgħażagħ tagħna. Ikunu fuq iz-Zuntier wara l-Quddies tat-8.00am, tad-9.30am u tal-11.00am.
2. Programm tal-Ħdud tal-Avvent fil-Quddies tad-9.30am :
Illum it-2 Ħadd isir it-Tberik tat-Trabi fil-Ġuf.
It-3 Ħadd isir it-Tberik tat-Tfal.
Ir-4 Ħadd isir it-Tberik tal-Bambini tal-Milied.
3. Fl-Avvent inkunu qed niġbru oġġetti tal-ikel u tat-tindif biex fil-ġranet tal-Milied jitqassmu lil min hu fil-bżonn.
Grazzi tal-ġenerożita’.
4. It-Tlieta 7 ta’ Diċembru : 6.30pm Laqgħa tal-OFS.
Taħdita qasira fis-Santwarju minn Pauline Darmanin bis-suġġett: “Imbierka fost in-nisa”. Kulħadd mistieden.
5. L-Erbgħa 8 ta’ Diċembru :
Festa tal-Immakulat Konċepiment ta’ Marija.
6.00pm Quddiesa Konċelebrata.
7.00pm Il-Mużiċisti Desiree u Stefan Calleja u l-Christmas Music Group se jkunu fostna jdoqqu Mużika tal-Milied.
6. Il-Fondazzjoni tifraħ u tirringrazzja lil numru sabiħ ta’ Parruċċani : Li diġa impenjaw ruħhom li joffru Euro (1.00) fil-ġimgħa għall-manutenzjoni tas-Santwarju.
Id-Donazzjonijiet jitpoġġew fil-Kaxxi tal-Fondazzjoni ( waħda ħdejn l-Altar tal-Qalb ta’ Ġesu’, jew l-oħra ħdejn il-bieb tal-wheelchairs.
7. Il-Maskra fil-Knisja hija Obbligatorja :
Fil-Knejjes għadhom jagħmlu Inspection u hemm multa għolja jekk isibu min mhux qed josserva d-direttivi.
Il-Knisja mhix responsabbli għal dawk li mhumiex jilbsu l-maskra! Id-direttivi huma għal ġid tagħna.
8. Il-Kummissjoni Festi tavża : Li minn din il-ġimgħa jibda jitqassam il-Kalendarju 2022 fid-djar. Kull donazzjoni hija apprezzata. Tfakkar ukoll li fuq iz-zuntier hemm il-Ponsietta Sale.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.
0 Comments