Reġistrazzjoni tat-Tfal tal-Katekiżmu 2022 – 2023.
. Il-Ħadd 25 ta’ Settembru : 10.15am san-11.45am u t-Tnejn mill-5.00pm sas-7.00pm inkomplu bir-Reġistrazzjonijiet għall-Klassijiet tal-Katekiżmu 2022-2023. – Is-Sena Kateketika tiftaħ fil-ġimgħa li tibda t-Tnejn 10 ta’ Ottubru.
– Mar-Reġistrazzjoni jsir il-booking tal-Kotba tal-Katekiżmu.
2. Il-Ħadd 25 ta’ Settembru : 9.30am Fil-Quddiesa, it-Tfal kollha jġibu l-Basktijiet tal-Iskola u jsir it-Tberik tagħhom biex jagħtu bidu għas-sena skolastika bil-barka.
Tingħata Tifkira żgħira lit-Tfal li jattendu.
3. It-Tnejn 26 ta’ Settembru : 7.00pm Laqgħa tal-Ushers fl-Uffiċċju Parrokkjali.
4. L-Erbgħa 28 ta’ Settembru : 6.30pm Vestizzjoni tal-Membri ġodda fil-Fratellanza tal-Madonna tas-Sacro Cuor bi preparazzjoni għar-4 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni.
Kellmu lil Joe Debono jew lil Marianne Bonaci mhux aktar tard minn nhar it-Tlieta.
5. Il-Ħamis 29 ta’ Settembru : Infakkru r-4 Anniversarju tal-Inkurunazzjoni.
Bejn id-9.30am u l-5.30pm issir Maratona tat-Talba tar-Rużarju kull nofs siegħa.
Fis-6.00pm Novena tal-Madonna.
Fis-6.30pm Quddiesa konċelebrata mal-W.R.P.Twanny Chircop ofm Ministru Provinċjal.
6. Il-Ġimgħa 30 ta’ Settembru : Keith Ciantar mir-Rabat se jibda l-Postulandat li hu żmien ta’ prova fil-Kunvent tar-Rabat. Nawgurawlu u nitolbu għalih.
7. It-Tlieta 4 ta’ Ottubru : 7.00pm L-OFS ikollhom l-1 laqgħa wara l-vaganzi tas-sajf.
8. Il-Fondazzjoni tfakkar fl-Iskema ta’ €1 fil-ġimgħa :
Għall-Manutenzjoni tas-Santwarju.
Il-Fondazzjoni tapprezza kull donazzjoni, żgħira kemm hi żgħira. Għal aktar informazzjoni ċemplu lil Amministraturi Peter Darmanin, numru: 9976 2775.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.