Is-Solennita’ tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu
1. Il-Ġabra tal-Kummissjoni Festi b’risq il-Festa : Kienet €614.55. Grazzi tal-ġenerożita’.
2. Il-Ħadd 19 ta’ Ġunju : Festa ta’ Corpus Christi u Jum il-Missier. 10.30am Purċissjoni bis-Sagrament.
Mistiedna wkoll it-Tfal tal-Ewwel Tqarbina. Il-Quddiesa tal-11.00am tkun ukoll fil-11.30am minħabba l-Purċissjoni.
3. It-Tnejn 20 u t-Tlieta 21 ta’ Ġunju :
9.30am L-Iskola ta’ St Benild se jġibu t-Tfal fil-Knisja tagħna biex jagħmlulhom il-Festa tal-Ewwel Tqarbina. Nitolbu għalihom.
4. L-Erbgħa 22 ta’ Ġunju : 10.00am L-Iskola ta’ St Joseph se jġibu l-Istudenti ta’ Grade 6 u jiċċelebraw il-Quddiesa tal-Gradwazzjoni. Nifirħulhom u nitolbu għalihom.
5. L-Erbgħa 22 ta’ Ġunju :
Is-Seba’ Erbgħa bi tħejjija għall-Festa Titulari. 6.00pm Novena Perpetwa.
6.30pm Quddiesa, Priedka u Barka Sagramentali. Nirringrazzjaw lid-Djaknu Ian Zammit O.P. u lil Patri LLewellyn Muscat O.P. li kienu l-Predikaturi tas-7 Erbgħat bi tħejjija għall-Festa Titulari.
6. Il-Ħamis 23 ta’ Ġunju :
6.00pm Adorazzjoni. 7.30pm Kors ta’ Kana.
7. Il-Ġimgħa 24 ta’ Ġunju : Festa tal-Qalb ta’ Ġesu’.
7.30pm Purċissjoni qasira.
8. Is-Sibt 25 ta’ Ġunju :
Il-Kors ta’ Kana bl-Ingliz jasal fi tmiemu b’Seminar fil-Knisja. Mistiedna l-ġenituri tagħhom u wara t-Talk u l-Quddiesa jingħataw iċ-Ċertifikat.
9. 6.30pm Quddiesa bil-Mandat lir-Reffiegħa tal-Istatwa tas-Sultana tagħna.
Wara l-Quddiesa tinħareġ il-Vara minn Niċċa.
10. Il-Ħadd 26 ta’ Ġunju : Festa tat-Tfal u Jum it-Tifkira tal-Inkurunazzjoni.
9.00am Mixja mat-Tfal miċ-Ċentru Parrokkjali sal-Knisja.
9.30am Quddiesa bil-Preżentazzjoni tat-Trabi u t-Tfal lil Madonna. 6.30pm Quddiesa Konċelebrata.
11. L-Għaqda Volontarja Parrokkjali “Il-Ħbieb tas-Santwarju”: Ttappella għall-Membri ġodda. Kellmu lill-Kappillan jew lit-Teżorier tal-Għaqda fuq in-numru : 9976 2775.
12. Il-Kummissjoni Festi tavża :
Li s-Sibt 18 ta’ Ġunju se jsir BBQ b’risq il-Festa. Qed jitqassam il-Ktieb tal-Festa mill-Helpers tal-Kummissjoni Festi u jinġabar l-envelope bid-donazzjoni tagħkom. Min ma jkun id-dar jista’ jpoġġi l-envelope fil-qfief tal-ġbir jew matul il-weekend ikun hemm il-Helpers fuq iz-zuntier, bil-bejgħ tal-Gadgets tal-Festa u jingħata lilhom. Tavża wkoll li minħabba dewmien fil-publikazzjoni tal-Ktieb tal-Festa, il-Ktieb ser jitqassam fid-djar matul dawn il-jiem sa nhar it-Tlieta li ġej. Min jixtieq jista’ joffri Bukkett ta’ mħabba lis-Sultana Tagħna minflok ma’ jsiru fjuri.
Donazzjonijiet jingħataw lill-membri tal-Kummissjoni Festi.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL: 7953 7719.