1. Il-Kors ta’ Kana jiġi fi tmiemu llum il-Ħadd b’Quddiesa u l-
Għoti taċ-Ċertifikati : Grazzi lil Francis u Anne Cuschieri li
ġentilment jieħdu l-Impenn li jakkumpanjaw lil dawn il-
Koppji għas-Sagrament taż-Żwieġ.
2. Il-Kapitlu Franġiskan ser jiġi ċċelebrat mill-20 – 25 ta’ Lulju :
Se jsir Porziuncola. Fit-tieni ġurnata ssir l-Elezzjoni għall-
Ministru Provinċjal il-ġdid. Itolbu magħna.
3. Id-Direttivi minħabba l-COVID-19 dejjem jinbidlu : Pero’ fil-
Knisja nirrispettaw lil xulxin billi min jista’ jilbes il-
maskra/visor, ma’ nħallux tissues warajna, u ma npoġġux
materjal ta’ karti, santi, jew boroż b’affarijiet fil-knisja.
4. Infakkar lil Ġenituri li uliedhom ser jersqu għas-Sagramenti
f’Settembru : Biex jiftħu l-Powerpoints li qed ngħaddulhom
aħna u jarawhom ma’ wliedhom.
5. Il-Kor Parrokkjali qed jiltaqa’ nhar t’Erbgħa fil-għaxija għar-
Rehearsals : Nixtiequ ħafna li jkollna xi wiċċ ġdid.
6. Il-Kummissjoni Festi tavża :
• Il-Ġimgħa 24 ta’ Lulju : 8.15pm Pizza Buffet Night fi Triq
Carmel (quddiem il-kunvent). Prezz : €15 u tfal taħt it-12 il-
sena b’xejn. Booking ma’ Brian Vigar.
• L-Erbgħa u l-Ħadd : 7.30pm Bingo il-Każin, b’risq il-Festa.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.