Marta laqgħetu. Marija semgħetu!
1. Il-Parroċċa ħallset lil Predikaturi li ħadu sehem fil-Festa :
€300 L-Erbgħat tal-Madonna.
€200 Tat-Tridu.
€100 Lil Isqof Mons George Frendo O.P.
€100 Lil min niżeġ il-Paniġierku.
Il-Vigarju Provinċjali ma’ ħax il-ħlas dovut lilu.
B’kollox ħallasna €700.
2. L-Għaqda Volontarja Parrokkjali :
“Il-Ħbieb tas-Santwarju” qed tappella għal Membri ġodda.
Dawk li jħobbu s-Santwarju u jixtiequ jidħlu membri, huma mitluba biex ikellmu lil Kappillan jew lit-Teżorier tal-Għaqda fuq in-Numru : 9976 2775.
3. Napprezzaw ħafna l-Ikel li bqajtu ġġibu għall-min hu fil-bżonn : Fil-fatt huma ħafna li qed jibbenefikaw minnu filwaqt li nagħtuhom ukoll xi ħaġa żgħira tal-flus mill-kaxxa ta’ Sant’Antnin. Jiddispjaċini ħafna meta jinsteraq ikel mill-basktijiet jew mill-kaxxi li jkunu lesti biex nagħtuhom karita’.
Din isir ta’ spiss! Avolja meta nkunu bil-bibien tal-Uffiċċju magħluqa.
Nitolbu għal din il-persuna li għandha l-vizzju tas-serq.
4. Il-Kummissjoni Festi : Tavża li għadha kif ippublikat ir-Rendikont tal-Festa u dan jinsab fin-Notice Board tal-Knisja.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.
0 Comments