1. It-Tlieta 7 ta` Mejju, il-laqgħa tal-Franġiskani Sekulari ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
Jitkellem P. Julian Sammut O.F.M.
2. L-Erbgħa 8 ta` Mejju, l-Festa tal-Madonna ta` Pompej.
Fil-11.0am ir-Rużarju, fil-11.30am il-Quddiesa u nitolbu s-Supplika tal-Madonna.
Filgħaxija jsir il-Pellegrinaġġ Nazzjonali f’Marsaxlokk.
3. Il-Ħamis 9 ta` Mejju, il-Kummissarju tal-Art Imqaddsa, P. Francesco Parton jmexxi ċelebrazzjoni tat-800 Sena mill-Għoti tal-Pjagi lil San Franġisk fis-5.30pm fiċ-CAK B’Kara għall-Familji kollha Franġiskani.
Fil-Parroċċa ma jsirux l-Adorazzjoni u Lectio Divina.
L-għada l-Ġimgħa se jqaddes fil-Knisja tagħna tal-Belt fis-6.15pm. Kulħadd mistieden.
4. Il-Ħamis 9 u l-Ġimgħa 10 ta` Mejju nkomplu biż-żjajjar tal-familji tal-Parroċċa lil dawk li applikaw u li jkunu ġew avżati minn qabel.
5. Il-Ħadd 12 ta` Mejju, Jum l-Omm. Se jingħataw Barka u Tifkira lill-Ommijiet fil-Quddies kollu.
Stedina lill-Ommijiet għall-Quddiesa tal-festa tagħhom fid-9.30am.
6. Il-Ħadd li ġej, 12 ta` Mejju, Jum il-Vokazzjonijiet Franġiskani fil-Parroċċa.
Ngħinu l-Animazzjoni Vokazzjonali bit-talb u l-Ġabra Speċjali li ssir b’risq din il-ħidma bżonnjuża għall-futur tal-Parroċċa.
7. It-Tnejn 13 ta` Mejju, festa tal-Madonna ta ` Fatima, se tkun ġurnata ta` Sawm u Talb għall-Paċi f’dinja mhedda bil-gwerer.
Nistednukom tiktbu isimkom f’karta li hemm quddiem l-istatwa tal-Madonna ta` Fatima biex nitolbu r-Rużarju kull nofs siegħa quddiem Ġesu` espost bejn id-9.30am u s-6.00pm.
8. Il-Membri tal-Legion of Mary qed iżuru lill-familji fi Triq il-Karmnu bix-xbieha tal-Madonna.
Min jixtieq jissieħeb magħhom, jiltaqgħu kull nhar ta` Ħamis fid-9.00am ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
9. Il-Ġimgħa 17 ta` Mejju, Laqgħa Edukattiva għal kulħadd fiċ-Ċentru Sant’Antnin fis-7.30pm.
“Nistgħu ngħixu rasna mistrieħa f’dinja mqallba u mifnija bit-tensjonijiet?”
Ejja isma` u agħti l-esperjenza tiegħek.
10. Infakkrukom fil-Ħarġa għal Għawdex, it-Tnejn 20 ta` Mejju.
Booking mingħand Marianne Bonaci u Margaret Cini.
11. Għall-Festa Tfal, il-Ħadd 30 ta` Ġunju, fl-okkażżjoni tal-Festa tal-Madonna tas-Sacro Cuor, infetħet
Kompetizzjoni tat-tpinġija tal-isbaħ disinn biex ikun stampat fuq il-flokkijiet u brieret li se jilbsu t-tfal.
Il-Kompetizzjoni li tagħlaq il-Ħadd li ġej hija għal tfal bejn il-5 u s-16 il-sena.
Aktar dettalji fuq in-Notice Boards tal-Knisja.
P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments