1. It-Tnejn 12 ta` Frar, f’Jum it-Tifkira tal-Madonna ta` Lourdes, fid-9.00am, Quddiesa għall-anzjani, bis-Sagrament tal-Morda.
Wara laqgħa Soċjali ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.

2. It-Tnejn 12 ta` Frar ma jkunx hawn Katekiżmu għat-tfal tal-1, it-2 u t-3 sena.
Is-Sezzjoni Żgħażagħ Banda Sliema se torganizza l-Party tal-Karnival għat-tfal mill-5.00pm il-quddiem.

3. It-Tlieta 13 ta` Frar fis-6.30pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali jiltaqgħu l-Franġiskani Sekulari.
Peter Darmanin jitkellem dwar “ Il-Penitenza u l-l-iskop tagħha fir-Randan”.

4. L-Erbgħa 14 ta` Frar, Bidu tar-Randan li jwassalna għall-Għid il-Kbir.
Fil-Quddies kollu jsir it-tqegħid tal-irmied.
Fis-5.45pm kulħadd mistieden jinġabar fil-Kappella tas-Sorijiet Franġiskani biex nitolbu l-Għasar.
Fis-6.15pm Pellegrinaġġ bix-Xbieha tar-Redentur minn triqat San Alfons, Rudolfu u San Trofimu,
nitolbu l-Via Sagra.
Fis-6.45pm issir il-Quddiesa. In-Novena tal-Madonna ma ssirx.
Nhar l-Erbgħa hemm l-obbligu għas-Sawm u Astinenza.

5. Il-Ħamis 15 ta` Frar, fl-10.00am Coffee Morning fiċ-Ċentru Sant’Antnin b’risq il-Knisja.
Donazzjoni ta` €15.
Filgħaxija fil-5.30pm l-Adorazzjoni u wara l-Quddiesa l-Lectio Divina.

6. Il-Ġimgħa 16 ta` Frar, nibdew mumenti ta` Talb, Tħabbir tal-Kelma t’Alla u għoti tal-Karita`.
Kull nhar ta` Ġimgħa fil-5.30pm ikun hawn il-Qrar u nitolbu l-Via Sagra, fis-6.00pm Quddiesa bl-
Għasar u bl-Omelija minn P. Raymond Falzon O.F.M..
Fil-Quddiesa issir il-Ġabra Speċjali għall-Karita` b’risq “Dar Bjorn”.
Kulħadd imħeġġeġ joffri donazzjoni b’risq din id-dar, u jixħetha f’kaxxa apposta taħt il-Pulptu.

7. Nhar is-Sibt 17 u l-Ħadd 18 ta` Frar issir il-ġabra b’risq is-Seminaristi tal-Arċidjoċesi.
Is-Sibt mill-5.00pm sat-8.30pm, laqgħa Vokazzjonali għall-Abbatini fil-Kunvent tagħna tar-Rabat.

8. Il-Ġabra Speċjali li saret b’risq il-Manutenzjoni tal-bjut tal-Knisja li nbdiet dil-ġimgħa,kienet
€2,010.03c. Donazzjonijiet matul din il-ġimgħa b’risq dan il-Proġett daħlu €150. Infakkru lill-
membri tal-Fondazzjoni u Ħbieb tas-Santwarju biex iħallsu il-miżata ta` kull sena €25. Inħeġġu
aktar persuni jissieħbu bħala membri u biex toffru l-€1 fil-ġimgħa għall-Manutenzjoni tal-Knisja.
Nirringrazzjawkom.

9. It-Tnejn 19 ta` Frar ikun hawn l-Eżerċizzi għal kulħadd fil-Quddiesa tad-9.00am.

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433