1. Il-Ħadd 29 ta` Settembru tifkira ta` Jum l-Inkurunazzjoni tal-Istatwa tal-Madonna.
Fil-11.00am, Quddiesa Komunitarja mill-E.T. Mons Joe Bonello O.F.M., Isqof ta` Julicalpa, fil-Honduras.
2. It-Tnejn 30 ta` Settembru, it-Tlieta 1 u l-Erbgħa 2 ta` Ottubru, Jiem ta` Tħejjija għall-Festa ta` San Franġisk.
F’dawn il-jiem, ir-Relikwija tad-Demm ta` San Franġisk, filgħodu tittieħed fid-Djar tal-Anżjani:
It-Tnejn: Imperial Home; It-Tlieta: Zammit Clapp u l-Erbgħa Casa Leone u Casa Marija.
It-Tnejn fil-Quddiesa tas-6.30pm, mistiedna t-tfal tal-Katekiżmu flimkien mal-ġenituri u l-Katekisti tagħhom li se jingħataw il-Mandat.
It-Tlieta mistiedna l-membri tal-O.F.S., xi membri jagħmlu l-Professjoni u wara jkollhom riċeviment.
L-Erbgħa mistiedna l-membri tal-Għaqdiet u l-Helpers tal-Parroċċa.
F’dawn il-jiem jippriedka Fra Miguel Zammit O.F.M. Kap.
3. L-Erbgħa 2 ta` Ottubru jerġa jibda jiltaqa` l-Grupp tal-Anzjani wara l-Quddiesa tad-9.00am, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
4. Il-Ħamis 3 ta` Ottubru, lejlet is-Solennita` ta` San Franġisk, fis-6.00pm Adorazzjoni.
Wara l-Quddiesa ta` filgħaxija, fis-7.00pm niċċelebraw il-Vjaġġ tal-Qaddis għas-Sema.
Jitqassmu l-ħobż u l-ħelu tradizzjonali ta` San Franġisk.
5. Il-Ġimgħa 4 ta` Ottubru, Jum is-Solennita` ta` San Franġisk.
Fit-8.00am Quddiesa għat-tfal tal-Iskola Sekondarja ‘St Francis’.
Fid-9.00am Quddiesa bit-Tifħir ta` Sbiħ il-Jum. Wara niltaqgħu ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali għat-Te`.
Filgħaxija l-Knisja ma tiftaħx għax se mmorru l-Belt niċċelebraw mal-Provinċja Maltija fil-Prezenża ta` l-erbgħa Isqfijiet Franġiskani, Missjunarji Maltin.
Trasport mis-Savoy Bus Stop fil-5.00pm. Booking mingħand Margaret Cini u Marianne Bonaci.
6. Is-Sibt 5 ta` Ottubru, Lejlet il-Festa, fis-6.30pm Quddiesa ta` Radd il-Ħajr f’għeluq il-Ħamsin Sena Anniversarju Saċerdotali ta` Patri Charles Diacono O.F.M.
Wara kulħadd mistieden għar-Riċeviment fil-Kunvent.
7. Il-Ħadd 6 ta` Ottubru, Jum il-Festa, il-Quddiesa tat-Tfal tkun fid-9.15am. Fl-10.00am tibda Manifestazzjoni bl-
Istatwa ta` San Franġisk u l-Banda Sliema.
Kull min se jġib l-annimali għat-tberik jimxi mal-Manifestazzjoni li tgħaddi mit-Toroq San Trofimu; San Ġwann Battista; Manwel Dimech; Santa Marija; Rudolfu; San Ġwann Battista sal-Knisja.
Waqt il-Manifestazzjoni se jsir Teatru tat-Triq dwar il-Ħajja ta` San Franġisk.
Fl-aħħar jitbierku l-annimali fuq iz-zuntier.
Jekk ikun il-maltemp kollox isir fil-Knisja.
8. Il-Ħadd li ġej l-ewwel Ħadd tax-xahar, issir il-ġabra Speċjali għas-Santwarju. Illum inħabbru Proġett Kbir li tant ilu mistenni – fil-ġimgħat li ġejjin se jibda jinżebagħ is-Santwarju. Proġett li se jieħu ż-żmien, żgur li se joħloq inkonvenjenza u għalhekk tinħtieġ il-koperazzjoni ta` kulħadd, speċjalment li tkomplu toffru b’ġenerożita` donazzjonijiet fil-ġabra, fil-Kaxxa tal-Fondazzjoni jew direttament lill-Kappillan.
Grazzi tat-talb u l-ġenerożita` tagħkom.
9. Il-Kummissjoni Festi qed torganizza Bazaar bejn it-28 ta` Settembru u t-13 ta` Ottubru b’risq il-Manutenzjoni
tal-Knisja ‘f’Borg’s Shop’ Triq Manwel Dimech.
Napprezzaw din l-inizjattiva u s-sapport ġeneruż tagħkom.
Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments