1. Il-Ħadd 6 ta’ Ottubru : 9.30am Jingħata l-Mandat lill-Katekisti u tibda s-Sena Kateketika.

2. It-Tnejn 7 ta’ Ottubru : 5.00pm Nagħtu bidu għal-Katekiżmu. Isegwu l-Erbgħa u l-Ħamis. 7.00pm Laqgħa tal-Ushers ħdejn l-Uffiċċju tal-Kappillan.

1. It-Tlieta 8 ta’ Ottubru : 7.00pm L-OFS ikollhom it-taħdita minn Pauline Darmanin bis-suġġett “Niltaqgħu mal-Mulej fil-Kelma tal-Evanġelju” fis-Sala tagħhom ħdejn l-Uffiċċju tal-Kappillan.

2. PROGRAMM TAL-FESTA TA’ SAN FRANĠISK T’ASSISI :
• L-Erbgħa 9 ta’ Ottubru : Quddiesa bis-sehem tal-Fratellanza tal-Madonna tas-Sacro Cuor. Wara jkollna Laqgħa Soċjali ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.

• Il-Ħamis 10 ta’ Ottubru : 6.30pm Professjoni ta’ 3 Membri u Vestizzjoni ta’ Membru fl-OFS. Wara jkollna Laqgħa Soċjali ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.

• Il-Ġimgħa 11 ta’ Ottubru : 6.30pm Transitu ta’ Missierna San Franġisk u Konċelebrazzjoni Solenni. Wara jkollna Laqgħa Soċjali l-Kunvent għal-koperaturi pastorali, voluntiera u benefatturi.

• Is-Sibt 12 ta’ Ottubru : Fil-għodu l-Abbatini minn 12-il sena ‘l fuq ikollhom il-Laqgħa ta’ Formazzjoni. 6.30pm Quddiesa Kantata bis-Salmi tal-Għasar. 7.30pm Purċissjoni bl-Istatwa ta’ San Franġisk.
8.30pm ‘Pasta Nigħt’ mill-Kummissjoni Festi fil-bitħa tal-kunvent. Prezz €15 bl’ikel u xorb. F’każ ta’ maltemp issir fiċ-Ċentru. Booking ma’ Brian Vigar.

• Il-Ħadd 13 ta’ Ottubru : 11.00am Quddiesa quddiem il-Knisja bis-sehem tal-Banda Sliema u l-Kor Sacro Cuor.

11.45am Tberik tal-Annimali u l-Pets. L-Abbatini u l-Pre-teens itellgħu rapreżentazzjoni fuq San Franġisk.

6.30pm Quddiesa bis-Salmi tal-Għasar.

3. “Ħbieb tas-Santwarju” : Hi Skema ġdida mwaqqfa mill-Fondazzjoni b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju tagħna. Il-Ħbieb tas-Santwarju joffru €10.00 fis-sena.

4. Envelopes biex tiktbu l-Egħżież Mejtin : Poġġuhom fil-Kaxxa li hemm fejn il-Pulptu.

Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.