1. L-Erbgħa 10 ta’ Frar : Solennita’ ta’ Missierna San Pawl.
Festa Kmandata.
Quddies ikun bħal Ħadd.

It-Tlieta 9 ta’ Frar : Lejliet San Pawl ikun hawn ukoll il-Quddies tal-5.00pm u tas-6.30pm.

2. Il-Ħamis 11 ta’ Frar : L-1 Dehra tal-Madonna ta’ Lourdes. Huwa Jum il-Morda.
Fil-Quddiesa tad-9.00am namministraw ir-Rit tas-Sagrament tal-Griżma tal-Morda.
NB. Nużaw tajjara biż-żejt għal kull persuna.

3. Il-Ħamis 11 ta’ Frar : 5.30pm Adorazzjoni Ewkaristika bi preparazzjoni għar-Randan Imqaddes.
Il-Membri tal-Għaqdiet huma mħeġġa jattendu.

4. L-Erbgħa 17 ta’ Frar jibda r-Randan Imqaddes :
• Qed nissuġġerixxu “Nitolbu bit-Telefown” ma’ min hu waħdu.
• Nissuġerixxu wkoll il-Ktieb “Ġarar Tal-Fuħħar” ta’ Susan Farrugia li fih stejjer qosra ta’ fejqan.
Hu ‘available’ ukoll bl-Ingliż “Jars of Clay”. Tistgħu takkwistawh mill -Parroċċa tagħna.
• Susan hi involute fil-Ministeru tal-Fejqan u tal-Ħelsien, tagħti Seminars u Servizz mal-Eżorċisti f’Malta, fosthom Patri Elija Vella ofm conv.
Nissuġġerixxi li fir-Randan taqraw dan il-Ktieb available għand il-Kappillan.

5. L-Animazzjoni Vokazzjonali : Ser torganizza Weekend ta’ Esperjenza għaż-Żgħażagħ fil-Kunvent tar-Rabat mis-26 sat-28 ta’ Frar. Eta’ bejn is-16 u 30 sena.
• Iż-żgħażagħ ikollhom l-opportunita’ jiskopru l-Ħajja Franġiskana.
• Dettalji fin-Notice Boards.

6. Għar-Randan poġġejna l-Bankijiet f’posthom :
Nitlobkom iżżommu l-ordni fil-postijiet skond kif inhuma mmarkati l-bankijiet.
Noqgħodu attenti li ma’ nħallux ‘tissues’ użati fil-bankijiet biex inżommu l-iġene.

Il-Mulej jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm
Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 77