“Bierku lil min jisħetkom”
1. Is-Segretarji tal-Grupp tal-Assembleja Parrokkjali : Nitolbuhom jgħaddulna r-Rapporti biex nibdew naħdmu fuq il-‘Working Document’.
2. It-Tnejn 24 ta’ Frar : M’hemmx Lezzjonijiet tal-Katekiżmu għat-Tfal tal-1, it-2 u t-3 Sena. Se jiġi organizzat il-Karnival għal kulħadd fiċ-Ċentru. Min hu nteressat jikkuntattja lill-Ġenituri tal-Abbatini.
3. It-Tlieta 25 ta’ Frar : 6.30pm Laqgħa tal-L-OFS. Jitkellem Tony Mahoney fuq is-suġġett : “It-tiġrib ta’ Kristu fid-deżert u l-effett tiegħu fuq l-umanita’”.
4. L-Erbgħa 26 ta’ Frar : Ras ir-Randan. Jum ta’ Sawm u Astinenza. Jitqiegħed l-Irmied waqt il-quddies kollu. 9.30am Irtir organizzat mill-Kumm. Parr. Anzjani fiċ-Ċentru Sant’Antnin. Imexxi Fr Paul Gatt O.P. Ikun hemm quddiesa u t-tqegħid tal-irmied. Fil-għaxija m’hemmx Lezzjoni tal-Katekiżmu għat-Tfal tas-6 Sena.
5. Is-Sibt 29 ta’ Frar : Attivita’ tar-Randan għat-Tfal tal-Katekiżmu u Abbatini. 9.00am Quddiesa fil-Knisja. Wara l-Attivita’ titkompli ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali u titmexxa minn Ms Nancy tal-MISSIO. Tispiċċa fil-11.00am. Jitqassam il-Karus tal-Imħabba.
6. Il-Ħadd 15 ta’ Marzu : Maratona ta’ Talb, Sawm u Penitenza b’risq id-Dar tal-Providenza. L-Applikazzjonijiet mingħand Peter u Pauline Darmanin jew mill-Uffiċċju tal-Kappillan.
7. Update tal-Lift Knisja/Kunvent : €8,062.17. Grazzi lill-benefatturi.
8. Dawk li jixtiequ jgħammdu lit-Trabi fil-Vġili tal-Għid : Ikellmu lil Kappillan.
9. Il-Kummissjoni Festi tavża :
• Is-Sibt 29 ta’ Frar : Ikla b’risq il-Festa fiċ-Ċentru. €15 li jinkludi ikel, soft drinks, inbid u deserta. Tfal taħt it-12 il-sena b’xejn.
• Qed jinbiegħu Slaleb tal-Injam : Biex jinxtegħlu fil-galleriji fi żmien ir-Randan bi prezz ta’ €40. Kellmu lil Brian Vigar.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.
0 Comments