It-Tlugħ fis-Sema tal-Mulej Ġesu’
1. Il-Ħadd 21 ta’ Mejju : 9.30am Quddiesa li fih jingħata s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lil Lydon Xerri. Adult li għamel ukoll il-Kors ta’ Kana magħna.
2. It-Tlieta 23 ta’ Mejju u l-Ħamis 25 ta’ Mejju : 5.00pm Qrar għat-Tfal li ser jersqu għall-Ewwel Tqarbina. Dakinhar jingħata tagħrif importanti lill-Ġenituri. L-OFS se jkollu l-Elezzjonijiet għall-Kunsill tal-Fraternita’. Dawk ta’ Ministru, Viċi Ministru, Segretarju, Tezorier u tlett membri. Il-membri kollha tal-Fraternita’ huma obbligati li jattendu.
3. L-Erbgħa 24 ta’ Mejju : It-Tielet Erbgħa bi preparazzjoni għall-Festa Titulari. 6.00pm Novena Perpetwa. 6.30pm Quddiesa bil-Priedka minn P. Ramon Farrugia ofm.
4. L-Erbgħa 24 ta’ Mejju : 7.00pm Laqgħa tal-Ushers fejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
5. Il-Ħamis 25 ta’ Mejju : 6.00pm Novena Perpetwa bi preparazzjoni għall-Festa.
6. Il-Ġimgħa 26 ta’ Mejju : Festa Liturġika tal-Madonna tas-Sacro Cuor. Mid-9.30am u l-5.30pm Maratona ta’ Talb. Rużarju kull nofs siegħa quddiem Ġesu’ Ewkaristija. Tistgħu issegwu mid-dar fuq il-Facebook page tal-Parroċċa jew mill-Webcam. 6.30pm Quddiesa bil-priedka li matulha ssir il-Vestizzjoni tal-membri ġodda fil-Fratellanza tal-Madonna tas-Sacro Cuor. Min hu interessat jista’ jkellem lis-Sur Joe Debono jew lil Ms Marianna Bonaci sa nhar l-Erbgħa li ġej.
7. Il-Ħadd 28 ta’ Mejju : Pentecoste. 9.30am Quddiesa li fiha nfakkru l-Ewwel Anniversarju mit-Twaqqif tal-Kor tat-Tfal immexxi minn Fr Joe Caruana ofm.
8. Il-Fondazzjoni tħeġġeġ lil kulħadd : Biex matul ix-xahar ta’ Mejju, noffru bukkett virtwali ta’ fjuri permezz ta’ Donazzjoni ta’ 5 Euro għal manutenzjoni tas-Santwarju.
9. Il-Provinċjal u d-Definitorju ħabbar it-tqassim tal-Patrijiet fil-kunventi tagħna : Il-Parroċċa tagħna se jiġu fostna Patri Martin Coleiro bħala Kappillan u Gwardjan. U Patri Julian Sammut bħala Vigarju u Viċi. Fr Stephen Sciberras sejjer l-Ingilterra f’kommunita’ internazzjonali. Fr Paul Attard sejjer fil-kunvent tar-Rabat.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.
0 Comments