lightoftheworld-page

Il-Praesidium tan-nisa “Sultana tal-Qalb ta’ Ġesu” jiltaqa’ kull nhar ta’ Tlieta ħdejn l-Uffiċċju tal-Kappillan. Il-laqgħa tibda fid-9.30 ta’ filgħodu wara l-quddiesa u tispiċċa fl-10.30am.

IRTIR TA’ ĠURNATA

Il-Curia ‘Sultana tal-Paċi’ ser torganizza Irtir ta’ Ġurnata għall-Leġjunarji ta’ Tas-Sliema, il-Balluta, San Ġiljan, l-Ibraġġ u s-Swieqi. L-Irtir ser isir nhar il-Ħadd, 30 ta’ Ottubru 2016 mid-9.00 ta’ filgħodu sat-3.30 ta’ wara nofsinhar fl-Iskola St Elizabeth tas-Sorijiet Franġiskani (dħul minn Triq San Ġakbu).

Il-Konferenzier u Ċelebrant ser ikun Rev. Fr Joe Saliba. L-Awżiljari u l-ħbieb tal-Leġjunarji huma mistiedna. Ikel ser jiġi pprovdut. Kull minn huwa interessat li jattendi għandu jċempel lil Sr Josephine Vassallo fuq numru tat-telefon 21335471 jew mobile 99895941 għal aktar dettalji, mhux aktar tard mit-23 ta’ Ottubru 2016.