Ir-Raghaj, l-ambjent u n-nghag
Minn Fr Norbert Ellul-Vincenti ofm
Ma nafx kemm ghad hawn rghajja Malta. Veru, ghandna min jiehu hsieb in-nghag u l-baqar u l-moghoz, imma rghajja – dawk li johorguhom biex jirghu, ili ma nara. U nahseb li saru rari, jekk jezistu. Barra minn Malta haga ohra.
Meta kont zghir, niftakar raghaj zghir – tifla helwa zghira – li kienet tohrog il-moghoz biex jirghu fl-ghelieqi. U l-moghoz kienu jghaddu mit-triq bit-tifla warajhom, tghajjat u ssejjah biex tinkuraggihom jimxu ha jieklu. Imbaghad taghmel l-istess fil-mixja lura lejn il-maqjel.
Film tal-cowboys
Naturalment illum tarahom fl-istampi u fit-televixin, u min mar it-Terra Santa, zgur li ltaqa’ maghhom, specjalment f’Betlehem, fejn hemm sahansitra kappella ddedikata lir-rghajja li kienu qed jirghu il-merhla, dak in-nhar li twieled Gesu Bambin, u hadu l-ahbar mill-angli kantanti.
Wahda mill-isbah xeni ta’ rghajja u nghag li rajt f’hajti s’issa kienet f’film ta’ zewg cowboys inkarigati b’mijit ta’ nghag fuq il-muntanji. Kienu armati bir-rifles, ghax dejjem kien hemm il-biza’ ta’ xi lupu jew kelb salvagg li jahtaf xi nghaga jew jaghmel herba mill-merhla specjalment bil-lejl. Ridt toqghod attent anke bil-lejl. Difatti darba minnhom iz-zewg cowboys raqdu u
filghodu sabu naghga mqatta’. Kien film veru sabih ghall-veduti sbieh li uriena, u ghall-din l-esperjenza li tana biex nippartecipaw fix-xoghol tar-rghajja fuq il-muntanji.
Il-figura tar-raghaj hija sabiha. Tigbed il-qlub, ghax mimlija tjubija, imhabba, fiducja, sigurta u rabta bejn annimal u bniedem. Min ihobb kelb jew qattus jaf x’jigifieri, imma nahseb li r-rabta bejn ir-raghaj u n-naghga jew harufa, li jraqqad mieghu, li jerfaghha meta tghejja, u li tafda lir-raghaj b’ghajnejha maghluqa, tisboq kull figura ohra ta’ “bonding” ta’ din il-forma.
Rghajja L-Egizzjani
L-Egizzjani kienu jafuha sewwa din l-ghaqda, ghax il-Farawni kien jiftahar li huwa r-raghaj tal-poplu tieghu, tant li kien izomm il-bastun ta’ raghaj f’dirghajh, biex ifakkar lill-poplu li hu kien jiehu hsiebhom u li kien raghaj tajjeb taghhom. Mhux ta’ b’xejn li l-Lhud juzaw din l-istess figura fil-Bibbja, u ahna li morru l-knisja ghall-quddies jew naqraw il-Bibbja, nafu li Gesu jistqarr li huwa r-Raghaj taghna, anzi li huwa r-Raghaj it-Tajjeb, ghax mhuwiex bhax-xriek, il-mikri, jigifieri dak li malli jara l-lupu gej, jahrab. U jiddefendi n-naghag tieghu, sahansitra jaghti hajtu biex hadd ma jahtaflu n-naghag, jew igerrixhom u jimbuttahom lejn xi rdum.
Gesu jitkellem dwar kif in-naghag tieghu jaghrfu lehnu bhalma hu jaghraf lilhom. Wahda
wahda jafhom.
Mill-ewwel zminijiet, u anke fil-katakombijiet, kont issib din il-figura ta’ Kristu Raghaj, b’xi harufa fuq spallejh, ghax dan kien jirrifletti kif bhalma r-raghaj, jerfa’ harufa meta tkun qed tbati fil-mixi, hekk ukoll Kristu jaghmel maghna.
Figura sabiha ghall-hajja
Sabiha ferm din il-figura, umana kemm trid, tar-raghaj li jsahhan zaqq in-nghaga marida, ma’ ghonqu. Bhalma nghidu fis-salm, Ir-Raghaj jehodna hdejn ilma mistrieh, ghax in-naghga tibza’minn ilma gieri, u jitmana bi kbir ghax ahna n-nghag tieghu – anke bl-Ewkaristija.
Il-figura tar-raghaj tfakkarna li ahna wkoll irridu nerfghu ir-responsabbilta taghna f’din id-dinja lejn il-bnedmin, lejn in-natura u lejn l-ambjent. Ma rridux ingerrfxu l-ghozza li ghandu Alla ghall-holqien tieghu. Hemm ix-xriek, l-impjegat li jahrab meta jara l-inkwiet gej, imma ahna ma rridux inkunu hekk, inkella x’rghajja ahna tal-ambjent – tas-sold u nofs?
Insomma jien qatt ma kelli naghga tieghi, u qatt ma esperimentajt din ir-rabta sabiha, imma l-imhabba ta’ Alla, naf biha, u ghalhekk meta nara jew nisma’ xi haga Ii ghandha x’taqsam man-nghag jew mar-raghaj, niftakar f’kemm jien iffortunat fid-dinja.
0 Comments