1. It-Tlieta 30 ta` Jannar, fis-6.30pm ssir il-laqgħa tal-Franġiskani Sekulari ħdejn l-Uffiċċju
Parrokkjali. Tony Mahoney jitkellem dwar “Dal biki għalfejn?”
Kulħadd mistieden.
2. Il-Ħamis l-1 ta` Frar fil-5.30pm issir l-Adorazzjoni.
3. Il-Ġimgħa 2 ta` Frar, il-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju u Jum ir-Reliġjużi.
Fis-6.00pm l-Quddiesa Konċelebrata, jmexxi P. Julian Sammut O.F.M. .
Fiha jsir it-Tberik tax-Xema` tal-Gandlora u l-Vista Komunitarja biex tintrebaħ l-Indulġenza Plenarja f’ Għeluq iċ-Ċentinarju tal-Presepju ta` Greccio.
Fi tmiem il-Quddiesa, il-Bambin jittieħed proċessjonalment fil-Kappella tas-Sagrament.
4. Il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, isir il-Qrar u Tqarbin tal-Morda fid-djar.
5. Nhar il-Ħadd 4 ta` Frar, l-ewwel Ħadd tax-xahar, issir il-Ġabra Speċjali b’risq il-Proġett tal-Manutenzjoni tal-bjut tal-Knisja.
Matul din il-ġimgħa daħlu €900 f’donazzjonijiet.
Nirringrazzjawkom tal-ġenerożita` u nittamaw li tkomplu tgħinuna. Grazzi.
6. Il-Kummissjoni Festi l-weekend li ġej se torganizza bejgħ ta` Cakes u Ħelu fuq iz-zuntier. Min jogħġbu joffri xi cake javviċina lil Brian Vigar.
Se tkun organizzata Ikla l-Każin Banda Sliema, l-Ġimgħa 9 ta` Frar, fit-8.00pm. Donazzjoni ta` €20. Il-Booking miftuħ.
7. Iż-Żgħażagħ tal-Każin Banda Sliema se jorganizzaw Party tal-Karnival għat-tfal, fl-istess Każin nhar it-Tnejn 12 ta` Frar, mill-5.00pm sas-7.00pm. Donazzjoni ta` €13. Kollox inkluż.
8. Il-Kurja tal-Arċisqof tavża li mill-1 sad-29 ta` Frar se jintlaqgħu l-applikazzjonijiet
on-line għad-dħul tat-tfal fl-iskejjel tal-Knisja.
9. Matul din il-ġimgħa l-Uffiċċju Parrokkjali ma jiftaħx u l-Lectio Divina l-Ħamis ma ssirx
minħabba li l-Kappillan se jkun l-irtir mal-Kappillani.
10. Matul din il-ġimgħa għadda għall-Ħajja ta` Dejjem Joseph Camilleri.
Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta` dejjem.
P. Martin Coleiro O.F.M.Kappillan/Gwardjan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
0 Comments