1. LI TOQGĦOD ID-DAR : U toħroġ biss għall-bżonn huwa Dover Morali
b’rispett lejk innifsek u lejn ta’ madwarek. Importanti s-'Social Distancing'
biex innaqsu l-'Infection Rate'.

2. DWAR IL-QRAR : F’din il-kriżi tkellem il-Papa :
Ikkwota l-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika li jgħid :
• Fejn mhux possibbli li ssib saċerdot biex tqerr dnubietek, qerrhom waħdek
m’Alla u għid l-Att tal-Indiema.
• Agħmel l-intenzjoni li tqerrhom l-ewwel darba li jkollok ċans.
• F’dan il-każ Alla jaħfirlek.
Din hi r-risposta tal-Papa għal dan iż-żmien li mhux possibbli Inqerru dnubietna
ras imb’ras biex nobdu d-direttivi ħalli ma’ nxerrdux il-virus!

3. IL-KUNSILL LOKALI TAS-SLIEMA JAVŻA :
Li f’dan iż-żmien partikulari jixtieq jagħti għajnuna lil Anzjani u Persuni
waħedhom u Dawk li għal xi raġuni ma jkunux jistgħu joħorġu minn djarhom,
jistgħu jixtrulhom tal-Kunsill u jwassluhulhom id-dar.
• Agħmlu kuntatt mall-Kunsill Lokali bit-telefon jew bl-email.

4. Il-FLIMKIEN ta’ April 2020 : Mhux ser jiġi stampat. Imma ser online fuq
il-website tad-djoċesi.

5. IL-PAPA FRANĠISKU :
• Nhar l-Erbgħa ningħaqdu kull Denominazzjoni u nitolbu lil Missierna
flimkien.
• Nhar il-Ġimgħa fil-għaxija ser jagħti l-Barka 'Urbi et Orbi' lid-dinja
kollha mill-Pjazza tal-Vatikan.

Il-Mulej Jagħtik is-Sliem.

Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.