1. Illum, f’Jum l-Omm, nwasslu xewqat ta` saħħa, kuraġġ u faraġ lill-Ommijiet kollha. Filwaqt li nirringrazzjawhom għall-imħabba tagħhom fil-familji, nitolbu lill-Ommna Marija u Sultana
Tagħna biex tħarishom: Sliema għalik Marija ………. Qaddisa ……….
Nitolbu għall-ommijiet li għaddew għall-Ħajja ta` Dejjem: Agħtihom Mulej ………. .
Fil-Quddiesa tad-9.30am t’għada / illum, nitolbu magħhom u noffrulhom tifkira.


2. It-Tlieta 13 ta` Mejju, l-O.F.S. ikollhom il-laqgħa minn P Julian Sammut O.F.M. fis-7.00pm
ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Kulħadd jista` jattendi.

3. L-Erbgħa 14 ta` Mejju, nibdew is-7 Erbgħat ta` Tħejjija Spiritwali għall-Festa tal-Madonna li se niċċelebraw fis-6 ta` Lulju.
Din is-sena xtaqna li f’dawn l-Erbgħat, kull ġimgħa jkunu mistiedna l-familji ta` diversi toroq.
Nhar l-Erbgħa mistiedna l-familji mit-toroq Viani, Ġanni Bencini, Parisio, Moroni u Sqaq Sajjan.
Fis-6.00pm, in-Novena tal-Madonna, fis-6.30pm il-Quddiesa, jippriedka P. Frank Cini M.S.S.P. u fl-aħħar isir kant tal-Antifona u talb quddiem l-Istatwa tas-Sultana Tagħna. U Barka Sagramentali.

4. Il-Ħamis 15 ta` Mejju, fis-6.00pm l-Adorazzjoni u fis-6.30pm Lectio Divina.
5. l-Ħadd 18 ta' Mejju, is-Soċjeta' Filarmonika Sliema, tfakkar 'Jum il-Fondazzjoni' tagħha fil-Quddiesa tad-9.30am, bis-sehem tal-Banda Sliema u l-Kor tat-tfal ‘Father's Angels’.

6. Infakkru lil dawk li jixtiequ jissieħbu fil-Konfraternita` tal-Madonna nhar l-Erbgħa 28 ta` Mejju fil-Quddiesa tas-6.30pm biex ikellmu lil Joe Debono jew lil Marianne Bonaci.
Infakkru wkoll li qiegħed isir il-ġbir tad-donazzjoni annwali ta` €5.

7. Ġejna mistiedna nieħdu sehem fil-Festa tal-Madonna tas-Sokkors fil-Knisja tagħna l-Patrijiet tal-Ħamrun, nhar it-Tlieta 27 ta` Mejju.
Se norganizzaw Trasport mis-Savoy Bus Stop fil-5.15pm għal min jixtieq jiġi.
Booking €10 mingħand Margaret Cini jew Marianne Bonaci.

8. Il-Ġabra Speċjali b’risq il-Manutenzjoni tal-Knisja kienet €3,850.18.
Nirringrazzjawkom ħafna għall-ġenerożita`.
Fin-Notice Boards hemm Rendikont tal-ispejjeż tal-aħħar xogħol li sar fuq il-5 Kappelluni u l-Korsija tan-naħa tan-Niċċa tal-Madonna. L-ispiża kienet €18,505.65.

9. Il-Ġimgħa 30 ta` Mejju, fit-8.00pm se ssir L-Ikla b’risq il-Festa organizzata mill-Kummissjoni Festi u s-Soċjeta` Filarmonika Sliema, fil-Każin Banda Sliema. Booking miftugħ.
10. Din il-ġimgħa għaddiet għall-Ħajja ta` Dejjem, Michelina Borg. Agħtiha Mulej ……………… .

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan