1. Il-Ħadd Lejlet il-Milied, fis-6.30pm il-Quddiesa tal-Vġili u fid-9.15pm tibda l-Velja tal-Milied.
Fl-10.00pm il-Quddiesa Solenni bil-Purċissjoni tal-Bambin u l-Priedka tat-Tifel.

2. It-Tlieta 26 ta` Diċembru, il-Membri Franġiskani Sekulari jkollhom il-laqgħa fis-6.30pm.
Tony Mahoney jitkellem dwar: “Min kienu l-Maġi?” Kulħadd mistieden.

3. Il-Ġimgħa 29, Is-Sibt 30 u l-Ħadd 31 ta` Diċembru, jiem ta` Tifħir u Talb għas-Sena li qed intemmu
u s-Sena l-ġdida li se nibdew. Il-Ġimgħa u s-Sibt, Adorazzjoni fis-skiet mid-9.30am sa 12.00pm u
mill-4.00pm sal-Quddiesa ta` filgħaxija. Il-Ħadd bejn l-4.00pm u l-Quddiesa ta` filgħaxija, l-aħħar
waħda tas-Sena 2023. Inkantaw it-Te Deum.

4. Fil-Quddies tal-Ħadd filgħaxija u tat-Tnejn l-Ewwel tas-Sena issir il-Ġabra Speċjali b’risq id-Dar tal-
Providenza.
Infakkru li għadna qed niġbru ikel u donazzjonijiet għall-Kċina Santa Marta tad-Djoċesi biex tmantni familji fil-bżonn. Tistgħu tieħdu l-envelopes minn taħt il-pulptu u tpoġġuhom b’ donazzjoni mal-ikel fl-Altar tal-Karmnu.

5. Il-Kummissjoni Festi dal-Weekend u li ġej qed tqassam il-Kalendarju tal-Festa u tbiegħ il-biljetti
għal-lotterija tal-Istrina ta` 10 premjijiet.
Il-Ġimgħa 29 ta` Diċembru se torganizza Party għat-Tfal bejn l-4.00pm u s-6.30pm għal donazzjoni ta` €13 li jinkludi r-rigal għat-tfal u se torganizza ukoll il-Bingo tal-Milied għal donazzjoni ta` €15. Dawn se jsiru fil-Każin Banda Sliema.

6. Matul dil-ġimgħa komplew jingħataw id-donazzjonijiet b’risq il-Manutenzjoni tal-bjut tal-Knisja. €695 kienet il-ġabra waqt il-Kunċert tal-Milied minn Banda Sliema u €1,900 donazzjonijiet. B’kollox €2,595.
Infakkru li l-Ġabra Speċjali tal-Istrina għal dan il-Proġett se ssir l-ewwel weekend tas-Sena, 6 u 7 ta` Jannar. Nirringrazzjawkom għall-ġenerożita kbira.

7. L-Uffiċċju Parrokkjali se jkun magħluq għal żmien il-Milied u jerġa jiftaħ it-Tnejn 8 ta` Jannar.

8. Matul din il-ġimgħa għadda għall-ħajja ta` dejjem Raymond Agius.
Agħtih Mulej il-mistrieh ta` dejjem.

9. Il-Patrijiet Franġiskani flimkien mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Għaqdiet fi ħdan il-Parroċċa, nixtiequ nwasslu tislijiet ta` faraġ, ħniena u sliem lilkom u l-familji tagħkom f’dal-Milied.
Biex nirreċiprokaw it-talb, koperazzjoni u ġenerożita` tagħkom lejna se nqassmu tifkira fil-Quddies kollu tal-Milied.

IL-MILIED IT-TAJJEB MIMLI PAĊI U ĠID LIL KULĦADD.

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433