1. Il-Ħamis 29 t’Awwissu, fis-6.00pm ikun hawn l-Adorazzjoni sal-Quddiesa tas-6.30pm.

2. Il-Ħadd 1 ta` Settembru, l-ewwel Ħadd tax-xahar, issir il-Ġabra Speċjali b’risq il-Manutenzjoni tal-bejt priċipali tal-Knisja. Napprezzaw li tifhmu l-kontribut tagħkom fil-Ġabra Speċjali ta` kull xahar, għax mhux biss tgħinu għal dan il-Proġett importanti, imma għall-bżonnijiet oħra li jkollha l-Knisja.
Fost oħrajn:-
(i) Istallazzjoni ta` “Security Cameras” madwar il-Knisja fil-ġranet li ġejjin.
(ii) Twaħħil ta` xibka b’esperiment fuq il-bjut biex il-ħamiem ma joqgħodx u jħammeġ il-membraine ġdid li għadu kif sar u hekk tkun evitata l-ħsara.
(iii) Spejjeż kurrenti ta` l-elettriku tal-Knisja u bżonnijiet liturġiċi bħal inbid; ostji; xema`; il-manutenzjoni regolari li ma tieqaf qatt u spejjeż oħra marbuta mal-festi li jsiru matul is-sena.

Għalhekk napprezzaw donazzjonijiet u s-sehem tagħkom f’attivitajiet, u l-offerta ta` €1 fil-ġimgħa fil-kaxxa tal-Fondazzjoni li hi responsabbli mill-Proġetti.

3. Nhar il-Ħadd 8 ta` Settembru, se norganizzaw Ħarġa għall-Festa tal-Bambina, l-Isla. Nitilqu mis-Savoy Bus Stop fis-6.15pm.
Donazzjoni ta` €10 mal-booking mingħand Marianne Bonaci u Margaret Cini.

4. Ir-Reġistrazzjoni għall-Klassijiet tal-Katekiżmu tat-tfal għas-Sena 2024/2025 ser
issir:-
 Il-Ħadd 15 ta` Settembru bejn l-10.15am u 12.00pm
 It-Tnejn 16 ta` Settembru bejn il-5.00pm u 7.00pm
 Il-Ħadd 22 ta` Settembru bejn 10.15am u 12.00pm
Ir-Reġistrazzjoni ssir ħdejn l-Ufficcju Parrokkjali.
Aktar dettalji jed jintbgħatu b’email lil-ġenituri kollha. Nixtiequ li tieħdu nota ta` dawn id-dati biex tkunu tistgħu tagħmlu d-dmir tagħkom għall-ġid ta` uliedkom.

Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433