IL-VITORJA
Huti fl-ispirtu Frangiskan,
Ghaddew sitt xhur mill-ahhar laqgha taghna flimkien u kemm baqa’ ma nafux.
Nafu zgur, kif jghid il-Malti, li kull deni hudu b’gid. Imma hemm bzonn ta’ doza qawwija ta’ fidi f’Dak li triqatu m’humiex it-triqat taghna.
Jiena personalment nemmen li b’rizultat tal-epidemija Covid-19, il-Fraternita taghna skoprit talent kbir fost il-membri taghna f’dik li hija l-evangelizzazzjoni tal-Kelma. Dan jidher car mill-messaggi li qed nircievu minn hutna, Cecilia Attard, Joe Debono, Bridgit Attard u Mariella Spiteri Gonzi. Dan narah poziitiv hafna.
Il-Mulej fil-generozita tieghu, jaghti diversi doni lil kulhadd. Sta ghalina li bl-ghajnuna ta’ l-Ispirtu s-Santu, niskopruhom u nhaddmuhom ghal gid ta’ hutna l-bnedmin, specjalment fit-tqassim tal-hobz, fl-Ewkaristija.
Illum huwa jum kbir ghal Gens Malti. Jum Nazzjonali. Festa kbira ghall-poplu Malti. Il-Festa tal-Vitorja, jew kif kienu jsejjhulha missierijietna… L-OTTO SETTEMBRE.
L-imhabba materna tas-Sultana taghna lejn il-poplu Malti u l-imhabba tal-gens Malti lejn Ommna Marija huma mnaqqxa fl-identita taghna l-Maltin, identita li b’dispjacir kbir qed tisfuma mal-medda taz-zmien.
Il-materjalizmu, il-liberalizmu, il-kilba sfrenata ghall-flus u l-poter qed itappnu u jhassru l-identita taghna l-Maltin. It-taghlim ta’ missierijietna, il-valuri li ghaddewlna matul ghexieren ta’ snin, specjalment fit-trobbija taghna, qed inwarrbuhom u nidfnuhom fil-mizbla tal-pjaciri taghna, f’isem il-progress materjali u l-liberalizmu bla razan. Qed noholqu ambjent fejn mhemmx post ghal Ommna Marija u binha Gesu.
F’dan il-jum hekk ghaziz ghalina l-Frangiskani nixtieq insellem il-memorja ta’ huna Walter Debattista li ftit ta’ granet ilu rritorna f’Dar il-Mulej, fejn l-ebda ghajn ma rat u l-ebda widna qatt ma semghet, u qatt ma dahal f’qalb ta’ bniedem, dak li Alla lesta ghal dawk li jhobbuh. F’isimkom ilkoll naghti l-kondoljanzi lil ohtna Stella u nuru s-solidarjeta taghna permezz tat-talb.
Huna Walter kien Frangiskan gentlom mill-kbar. Pjuttost rizervat. Ta’ fommu sieket. Bata hafna fis-skiet u f’rassenjazzjoni shiha mar-rieda t’Alla. Ghalija personali, kien ta’ ezempju kbir u l-imhabba kbira li kellu lejn il-Knisja u lejn is-Sultana taghna kienet l-aqwa messagg, mhux miktub, ghalina hutu Frangiskani.
Illum storja ohra. Illum huna Walter, kif ukoll hutna l-ohra li dahlu qablu fl-eternita, jinsab f’estasi ta’ mhabba eterna fil-kumpannija ta’ Ommna Marija u binha Gesu. Min jaf kemm hu ferhan f’riglejn Marija? Walter dahal fl-eternita qabilna. Ahna ghadna hawn, ghax hekk hija r-Rieda t’Alla. Dak il-mument jasal ukoll ghalina. Meta u kif ma nafux. Nafu biss li l-imhabba ta’ Ommna Marija u dik ta’ binha Gesu hija ghalina garanzija u assigurazzjoni ta’ l-ahhar pass fil-hajja taghna, jigi meta jigi.
0 Comments