Il- Virtu` ta’ l-Umilta
Fit-tlellix, id-dwal, id-divertiment li jgib mieghu ic-celebrazzjoni tal-Milied ninsew li l-akbar taghlima li taghtina t-Tarbija ta’ Betlem, imwielda fis-sikta u d-dlam tal-lejl, hija dik ta’ l-Umilta. It -twelid fil-grotta, avveniment daqshekk semplici b’valur bla qies ghall-umanita ta’ kull zmien ra l-bidu tieghu f’cirkustanza daqshekk insinjifikanti.
Din it-Tarbija, ghalkemm hija l-Iben t’Alla, bhal kull bniedem iehor kellha l-bidu taghha minn cellula li ma tidhirx hlief taht mikroskopju, u zvillupat f’Tarbija f’guf safi ta’ mara : Maria Vergni.
Mhux biss imma bhal tarbija Hu gie bzonn il-bniedem!
Hu li jista kollox, kellu jiddependi minn bnedmin ohra, minn Marija u Guzeppi, biex jiekol u jixrob, ried min jahslu u jlibbsu, min iwensu u jhaddnu, min jipprotegih! Kellu bzonn il-bniedem biex jghix u jikber f’ragel adult.
X’Umilta!
Hafna drabi, din il-virtu` ta’ l-umilta hija mifhuma b’ mod negattiv, bhala djufija. Li tkun umli ma jfissirx li zzomm lura, li tinheba, li zzomm opinjoni baxxa tieghek innifsek. Il-bniedem umli huwa dak li ma jhossux aghar jew ahjar minn haddiehor jew li l-kwalitajiet, l-abbiltajiet tieghu huma ahjar jew aghar minn ta’ haddiehor.
L-Umilta ma taghmilx ’rank’, imma tifhem il-valur ta’ kull bniedem u ta’ kull sitwazzjoni.
Il-bniedem umli, ma jkunx arroganti ghax jaf li dejjem baqaghlu x’jitghallem, li mhux dejjem ghandu ragun, li jaccetta li ma jistax jaghmel kollox wahdu, li jaccetta l-ghajnuna u l-kritika pozittiva, lest li jitlob apologija meta jizbalja, ma jidholx kompetizzjoni qarsa li tirfes fuq haddiehor ghas-success personali imma jkun lest li jghin biex jara li haddiehor jimxi ‘l quddiem. Min hu umli jilqa bil-ferh u gratitudni  kummenti pozittivi u b’ringrazzjament ta’ apprezzament lil Mulej.
Li tkun umli jfisser li npoggu hajjitna f’idejn Alla l-Missier, u ma nahsbux li kollox jiddependi fuq il il-hiliet taghna biss. Nemmnu li kull ma ghandna gej mill-Mulej. Filwaqt li naccettaw ic-cokon u djufija taghna, nilqghu t-talenti u l-kwalitajiet li jaghtina l-Mulej biex inwettqu r-Rieda Tieghu f’hajjitna.
Hekk ghamel Gesu bhala adult, qatt ma fittex l-ghonja u l-kbarat imma fittex id-dghajfa u l-batuti, il-bniedem fil-periferija. Fuq kollox fittex li jaghmel ir-Rieda tal-Missier akkost ta’ kollox.
Hekk ghamlu Marija u Guzeppi.
Nharsu lejhom fil-grotta, naghtu harsa lejn hajjithom. Qatt ma kien hemm daqq ta’ trombi. Ghamlu dak li kellhom jaghmlu, mxew mar-Rieda t’Alla ghalihom, bl-ahjar mod li setghu u billi kkoperaw mal-grazzji li pogga l-Mulej fil-passagg ta’ hajjithom.
Hekk ghamel Missierna San Frangisk, tnezza minn kollox, mhux biss minn dak kollu li kellu sal-punt li jibqa’ maghruf bhala ‘Il Poverello’, imma dejjem fittex li jaghmel ir-Rieda t’Alla minghajr ma fittex glorja u popolarita.
F’ wahda mill-omeliji tieghu Papa Frangisku jghidilna li l-unika triq li taghtina gharfien ta’ min ahna, tal-valur ta’ hajjitna u li twassalna qrib il-Mulej hija l-virtu` ta l-Umilta.

Il-Mulej iberikna, Ommna Marija tipprotegina, San Guzepp u San Frangisk iwensuna.

Paci u Sliem
Pauline Darmanin ofs.

*Xewqat sbieh u barkiet ghal Milied hieni u Sena Gdida mimlija grazzji li jkompli jressquna lejn Il-Mulej.