1. Issa li għaddew iċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Milied, nixtiequ nirringrazzjawkom, intom li
tiffrekwentaw dan is-Santwarju, u lil kull min kien involut fit-tħejjijiet u fis-servizzi li
ingħataw fl-attivitajiet Liturġiċi f’ambjent xieraq lill-istess Misteru tal-Twelid tal-Bambin
għall-koperazzjoni u l-ġenerożita` li offrejtu.
Il-Presepju se jibqa` espost fil-Knisja sat-2 ta` Frar, festa tal-Gandlora, l-aktar dis-sena tat-
800 sena mill-Presepju ta` Greccio, għax skond ix-xewqa tal-Papa, kull min jitlob
quddiemu jirċievi l-Indulġenza Plenarja: il-maħfra tad-dnubiet u l-ħelsien mill-
konsegwenzi tagħhom f’ din id-dinja u fil-Purgatorju.
2. It-Tlieta 16 ta` Jannar, fl-4.30pm fil-Knisja ta` Stella Maris, issir il-Laqgħa ta` Talb mill-Grupp Padre Pio.
Wara l-Quddiesa tas-6.00pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali ssir il-laqgħa għall-Membri Franġiskani Sekulari. Pauline Darmanina twassal ir-riflessjoni dwar il-Festa tal-Gandlora.
3. Il-Ħamis 18 ta` Jannar fil-5.30pm l-Adorazzjoni u wara l-Quddiesa inkomplu bil- Lectio Divina.
Fis-7.30pm ikompli il-Kors ta` Kana fiċ-Ċentru Parrokkjali.
4. L-ammont ġeneruż tal-Ġabra Speċjali b’ risq il-Proġett tal-bjut tal-Knisja kien €2.540 u d-donazzjonijiet ta` €200 lis-Santwarju għal dan il-Proġett dil-ġimgħa kienu €400.
Il-Patrijiet u l-Fondazzjoni tal-Manutenzjoni tas-Santwarju li hija responsabbli mill-ġbir u l-ħlasijiet tal-Proġett, jirringrazzjawkom għal din il-ġenerożita` kbira. Proset u Grazzi lil kulħadd.
5. Fl-okkazjoni taċ-Ċentinarju mill-għoti tal-Istimmati lil San Franġisk, ser jiġi organizzat Pellegrinaġġ għal Assisi u s-Santwarji Franġiskani bejn is-16 u t-23 ta` Ġunju 2024. Tistgħu tieħdu Programm dettaljat mis- Sagristija.
6. Nistiednukom tieħdu kopja tal-Fuljett FLIMKIEN minn ħdejn il-bibien tal-Knisja.
7. Matul din il-ġimgħa għaddew għall-ħajja ta` dejjem Anthony Perrett u Alfred Cachia.
Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta` dejjem.
P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments