“Il-Mulej qam tassew, u deher lil Xmun!”
1. It-Tlieta 25 ta’ April : 7.00pm Taħdita minn Tony Mahoney bis-suġġett “Iż-żejt, bħala verita’, dejjem jitla’ fil-wiċċ”. Il-laqgħa ssir ħdejn l-Uffiċċju tal-Kappillan u hi miftuħa għal kulħadd.
2. L-Erbgħa 26 ta’ April : 7.00pm Il-Grupp tal-Ushers se jkollhom laqgħa għall-membri ħdejn l-Uffiċċju tal-Kappillan.
3. Il-Ħadd 30 ta’ April : Ser niċċelebraw ‘Jum il-karita’. Nirringrazzjaw ukoll lil dawk kollha li joffru kontribuzzjonijiet materjali jew flus bħala għajnuna għal dawk fil-bżonn.
4. Il-Fondazzjoni tappella għal aktar benefatturi : Li joffru 1 Ewro fil-ġimgħa għal Manutenzjoni tas-Santwarju. L-ispejjeż huma kbar ħafna. Is-Sultana tagħna tbierek il-ġenerożita’ tagħkom.
5. Mit-Tnejn 1 sal-Ġimgħa 5 ta’ Mejju : Il-Provinċja Franġiskana Maltija tiċċelebra l-Kapitlu Franġiskan li fih jiġi diskuss il-futur tagħna bħala Provinċja. Ingħaqdu magħna fit-talb biex nagħmlu dejjem ir-rieda t’Alla.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 – 7953 7719
0 Comments