Il-Qawwa tat-Talba tar-Ruzarju
Ottubru dhalnilu gmielu, anzi qed noqorbu ghat-tmiem tieghu. Dan huwa xahar ghaziz wisq ghalija u kif kulhadd jaf huwa xahar ddedikat lil ghaziza Ommna Marija Santissima. Ifakkarni hafna fi zmien tfuliti, meta kont ghadni naqra ta’ tifel zghir u ommi kienet ta’ kuljum matul dan ix-xahar tehodni maghha fil-kappella ckejkna tal-Kuncizzjoni, San Giljan biex hemmhekk konna nghidu bil-qalb ir-Ruzarju quddiem Gesu’ Sagramentat espost.
Minn hemm tnisslet f’qalbi d-devozzjoni lejn ir-Ruzarju specjalment fix-xahar t’Ottubru. Ghaddew is-snin u din id-devozzjoni bqajt nghozzha u peress li qattajt l-aqwa zmien ta’ hajti nghallem kont nipprova nhajjar lill-istudent tieghi jghozzu huma wkoll din it-talba li hi tant ghall-qalb tal-Madonna. Ghalhekk kont inheggighom biex nghidu r-Ruzarju flimkien fil-klassi. U kienu jiehdu pjacir. Kont niggusthom narahom johorgu l-kuruna fil-hin ta’ din it-talba u kulhadd meta kien imissu kien jghid posta hu jew hi.
U ghalhekk f’dan ix- xahar ghaziz ma nistax ma niktibx kelmtejn fuq ir-Ruzarju. Kemm hi talba qawwija r-Ruzarju! Ommna Marija stess ikkonfermat dan fid-dehriet taghha u dejjem heggietna biex nghidu r-Ruzarju. Din it-talba ghaziza hija arma qawwija kontra l-hazen u t-tnassis tad-demonju. Din it-talba ghandha wkoll is-setgha taqlalna grazzji kbar. San Patri Piu ta’ Pietrelcina kien kontinwament jghid ir-Ruzarju kuljum, posta wara l-ohra ma jieqaf qatt. Anke l-familji maltin kienu jingabru fil-ghaxija wara gurnata xoghol biex flimkien jghidu r-Ruzarju. Ghada tezisti din- id-devozzjoni fil-familji taghna illum? Ma’ nahsibx.
Mela huwa fatt maghruf li Ommna Marija Santissima titghaxxaq b’din it-talba prestiggjuza filwaqt li ghall-kuntrarju s-setghat tal-hazen jitwerwru minnha. Dan gie ikkonfermat mix-xitan innifsu waqt l-ezorcizmi. Ghalhekk tkun drawwa sabiha li nzzommu fuqna, fil-but jew x’imkien iehor, il-kuruna tar-Ruzarju ghax din tipprotegina. Fir-Ruzarju nimmeditaw il-hajja ta’ Gesu’ Kristu mill-bidu sat-tmiem taghha f’din id-dinja. Nibdew bil-hames misteri tal-ferh fejn fihom nifirhu ma’ OmmU Marija u ma’ San Guzepp fil-migja tas-Salvatur taghna Sidna Gesu’ Kristu, u fil- grajjiet importanti tat-tfulija tieghU. Fil-misteri tat- tbatija nissiehbu ma’ Sidna Gesu’ Kristu fit-tbatija tieghu mill-gnien tal-Getsemani fejn ghereq l-gharaq tad-demm sa fuq il-Golgota fejn ta hajtU ghalina bil-mewt l-aktar harxa tas-salib. Fil-hames misteri tal-Glorja niccelebraw b’ferh kbir il-glorja tieghU u ta’ l-ghaziza OmmU u ommna Sidtna Marija: il-Qawmien mill-mewt, it-Tlugh tieghU fis-Sema, it-twelid tal-Knisja ghaziza tieghU mal-migja ta’ l-Ispirt s-Santu Alla fuq l-Appostli nhar Ghid il-Hamsin, it-Tlugh ta’ l-ghaziza ommU fis-sema u l-inkoronazzjoni taghha, Sultana tas-sema u ta’ l-art. Nispiccaw bil-hames misteri tad-Dawl li jfakkruna f’tifkiriet tant sbieh mill-hajja tieghU: Il-Maghmudija fil-Gordan, it-Tieg ta’ Kana u l-ewwel miraklu tieghU, it-taghlim prezzjus tieghU u l-predikazzjoni tieghU, it-Trasfigurazzjoni u r-rigal prezzjus li hallilna, it-twaqqif tas-Sagrament ta’ l-Ewkaritija fejn jaghtina lilU nnifsU haj bil-gisem, bid-demm, bir-ruh u bid-Divinita kollha tieghU.
Naghlaq dan il-messagg tieghi tal-lum billi filwaqt li nselli ghalikom, nheggigkom biex flimkien mieghi nkomplu nxerrdu din id-devozzjoni tant ghaziza kull fejn inkunu, specjalment f’dawn iz-zminijiet imweghra li qed nghixu fihom. Ir-Ruzarju ghandu l-qawwa li jgibilna s-sliem u l-paci tant mixtieq fid-dinja taghna tal-lum.
Paci u Sliem
Insellmilkom
Joe Debono ofs
0 Comments