1. Illum Ħadd il-Għid il-Kbir ta` Sidna Ġesu` Kristu,aħna l-patrijiet nixtiequ nwasslu tislijiet ta`Sliem, Faraġ u Tama lilkom ilkoll u lill-familji tagħkom. Filwaqt li napprezzaw il-ħbiberija sinċiera tagħkom li flimkien mat-talb u l-ġenerożita` li toffrulna kuljum, jgħinuna ngħixu l-
vokazzjoni tagħna. Nirringrazzjaw lil kull min offra s-sehem tiegħu fiċ-ċelebrazzjonijiet u t-tħejjija tas-Santwarju biex il-Ħniena t’Alla messitna lkoll.
GRAZZI U L-GĦID IT-TAJJEB LIL KULĦADD.
2. It-Tnejn 6 t’April, il-Ħarġa għal Għawdex. Nitilqu fis-7.30am mis-Savoy Bus Stop.
Min jixtieq baqa` xi postijiet. Biljetti €30, mingħand Margaret Cini.
3. It-Tlieta 7 t’April, l-O.F.S. jiltaqgħu għal-laqgħa minn Peter Darmanin: “Il-Qabar Vojt, sinjal
ta` tama u rebħ, fis-7.00pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Kulħadd mistieden.4. Il-Ħamis 9 t’April, fis-6.00pm l-Adorazzjoni u fis-7.00pm il-Lectio Divina.
5. Il-Ġimgħa 10 t’April, fis-7.30pm Bingo Easter Special, b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju, fiċ-Ċentru Sant’ Antnin. Donazzjoni €20
6. Il-Ħadd 12 t’April, l-E.T. Mons Isqof Ġorġ Bugeja O.F.M. se jqaddes il-Quddiesa tad-9.30am fl-okkażjoni tal-20 Sena mit-Twaqqif tal-Fondazzjoni ‘Papa Ġwanni Pawlu II’. Dinil-għaqda Għawdxija, tippromovi il-kult ta` dan il-Papa Qaddis, li din is-sena tfakkar il-106 sena minn twelidu.
Se niċċelebraw ukoll il-Festa tal-Ħniena Divina.
Għalhekk fil-5.30pm ikun hawn l-Adorazzjoni u fis-6.30pm il-Quddiesa.
7. Il-Ġabra li saret għall-Missjoni tal-Art Mqaddsa kienet €1,376.
Id-donazzjonijiet li offrejtu għall-fjuri kienu €1,135 u l-ispejjeż kemm tal-fjuri kif ukoll tal-ornamenti ġodda ta` mal-kolonni kienu €1,060. Nirringrazzjawkom minn qalbna.
8. Infakkrukom li minn għada t-Tnejn, it-Talba tar-Ruzarju tkun fis-6.00pm u l-Quddiesa fis-6.30pm.
L-Uffiċċju Parrokkjali din il-ġimgħa se jkun magħluq u jerġa` jiftaħ mal-Katekiżmu nhar it-Tnejn 13 t’April filgħaxija.
9. Din il-ġimgħa għaddiet għall-Ħajja ta`Dejjem Andreana Pisani.
Agħtiha Mulej il-Mistrieħ ta` dejjem ……………..
P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433

0 Comments