1089687-400xnoneIl-Papa b’Ittra Appostolika ġdida fi tmiem il-Ġublew tal-Ħniena
Minn Francesco Pio Attard – 18/11/16

Jekk kien għad hemm xi dubju, issa hi ċara li għall-Papa Franġisku s-Sena tal-Ħniena mhix ħa ‘tieqaf’ nhar il-Ħadd li ġej.

Tħabbar aktar kmieni llum li nhar it-Tnejn li ġej sa tiġi mxandra l-Ittra appostolika tiegħu Misericordia et misera, jiġifieri “Il-ħniena u l-foqra”, titlu li jindika l-preferenza tal-Papa, spiss imtennija fil-kitbiet u d-diskorsi tiegħu, li jkollna “Knisja fqira għall-foqra”.

Hi prassi li fi tmiem Sena Mqaddsa, il-Kap tal-Knisja Kattolika jindika f’Ittra appostolika t-triq ta’ evanġelizzazzjoni li l-Knisja għandha taqbad għas-snin li ġejjin biex taħsad il-frott ta’ dak li ġie ċċelebrat. Hekk kien għamel Ġwanni Pawlu II meta wara l-Ġublew il-Kbir, fis-6 ta’ Jannar 2001, iffirma l-Ittra appostolika Novo millennio ineunte.

Id-dokument se jiġi ppreżentat minn Mons. Rino Fisichella, President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida, waqt konferenza stampa tal-għeluq tal-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena.