F’dawn l-ahhar xhur hajjitna nbidlet, f’dak li naghmlu u li ma nistghux naghmlu, fejn nistghu mmorru u ma mmorrux, meta stajna niltaqghu ma familjari, ma’ hbieb, meta xxennaqna ghalihom u rajnihom u kellimnihom biss ‘online’.
Imma l-Knisja bhal kull sena ohra baqghet ghaddejja l-istess! Baqghet tipprezentalna l-istorja, l-esperjenza tas-Salvazzjoni taghna u tistedinna li nimxu maghha din l-esperjenza bhal kull sena ohra, pandemija jew le!
Ejjew nieqfu ftit u nirriflettu ftit fuq din ‘il-mixja’. Il-Kalendarju ta’ l-esperjenza tal-Fidi taghna jinbeda mill-Avvent, jitkompla bl-istennija tal-migja tas-Salvatur, it-Twelid tal-Messija, it-Twaqqif tas-Saltna t’Alla, is-Sagrificcju Suprem fuq il-Kalvarju, il-Qawmien mill-mewt tal-Mulej, it-Tlugh Tieghu fis-Sema, il-Migja ta’ l-Ispirtu s-Santu, ic-celebrazzjoni tat-Trinita Qaddisa wara li t-Tlett Persuni gew maghrufa lilna matul it-Testment il-Qadim u l-Gdid. Fl-ahhar tigi c-celebrazzjoni ta’ Corpus Christi u tal-Qalb ta’ Gesu. Wara li jkunu ghaddew il-festi kollha Il-Knisja taghtina l-messagg li l-Mulej jibqa’ dejjem maghna HAJ, fl-Ewkaristija, b’Qalb miftuha ghal kulhadd.
B’xi mod jew iehor ghamilna din l-esperjenza, x’aktarx mhux celebrata bhal snin ohra, imma l-Liturgija tal-knisja kompliet tmexxina matul dan il-vjagg u ahna mxejniha, kulhadd bil-mod tieghu.

U issa spicca dan il-vjagg?
Issa li gie s-sajf qisu spicca kollox? Bi dritt inharsu lejn zmien fejn wiehed jista johrog ftit izjed, igawdi s-sajf Malti, xi ghawma, xi passiggata ghal frisk . . ..u daqshekk?

X’effett halliet fina l-mixja li l-Knisja ipprezentatilna?
Poggejna kollox fuq xkaffa u nergghu nnizzluha meta l-Knisja terga’ tistedinna nibdew mixja ohra fl-Avvent li jmiss?
Matul dawn ix-xhur tas-sajf, Gesu, permezz tal-Liturgija tal-Kelma jibqa’ jsejhilna biex nibqghu nghixu l-Misteri tas-Salvazzjoni, li gew ipprezentati lilna matul is-Sena Liturgika  u li jibqghu jilhqu l-qofol taghhom fis-Sagrificcju tal-Ewkaristija.
U ahna naghzlu. . . nibqghux mexjin mal-massa, qisu ma gara xejn f’hajjitna, jew inkomplu nilqghu l-istedina ta’ konverzjoni, fis-sens ta’ trasformazzjoni tal-hsieb u tal qalb, naghzel nimxix aktar qrib Tieghu jew nibqa’ ‘l boghod ghax aktar komdu nibqa’ kif jien.

San Gwann jurina kif tista tkompli din il-‘mixja’ taghna.
Inkun bhal Nikodemu? (Kap. 3) Kien ragel tajjeb, josserva l-Ligi, jitlob u jsum. Qorob lejn Gesu, fittxu bil-lejl, ried ikun jaf izjed fuqu, fuq it-taghlim Tieghu. Imma baqa’ sieket, gie fid-dlam u hareg fid-dlam. Baqa’ fid-dubji.
Ir-ragel ipparalizzat, imfejjaq, maghzul minn Gesu stess biex ifejqu, (Kap.5) ma nergghux nisimghu bih. Gie mfejjaq, inqeda, u telaq ‘l hemm u r-rabta ma Gesu ma saritx. Intilef fil-folla, mexa mal- kurrent.
Tas-Sammaritana kienet storja ohra. (Kap. 4) Iltaqghet ma Gesu fid-dawl ta’ nofs-il-jum u ffaccjat il-verita ta’ hajjitha, li wasslitha ghal bidla tal-hsieb u tal-qalb. Halliet l-istil ta’ hajjitha u marret taghti xhieda. Saret missjunarja!
Ir-ragel ghama (Kap.9) imfejjaq, baqa ma Gesu anki meta gie mkecci mis-sinagoga. Ma bezax. Baqa’ miexi warajH, ifahhru u jadurah pubblikament.
X’se tkun ir-risposta taghna tas-sejha “Imxi warajja” li l-Mulej jibqa’ jaghmlilna matul is-sajf?

Il- Mulej iberikna, Ommna Marija tipprotegina, San Guzepp u San Frangisk iwensuna.

Pauline Darmanin OFS.