Il-Bniedem jipproponi u Alla jiddisponi. Min jaf kemm ghamilna proponimenti u kemm kellna holm sabih bhal daz-zmien sena ilu. Imma daqsxejn ta’ mikrobu li lanqas biss jaqa’ taht ghajnejna, gabna lkoll f’postna. Wera x-xejn taghna. Kemm m’ahna xejn. Nezzghana mis-suppervja taghna.
Is-suppervja hi l-omm ta’ kull hazen. Kienet il-kagun u l-kawza tad-Dnub Originali. Is-suppervja hi l-ghadu ta’ kull relazzjoni. Is-suppervja tixhet lil bniedem f’bahar ta’ ghawg u dlamijiet.
Il-Papa Frangisku jwissina kontra d-dnub tas-suppervja meta qal li din hi “l-aktar atitudni perikoluża għall-ħajja nisranija”. Il-Papa kompla jghid li xi dnubiet huma ovvji imma oħrajn huma insidjużi u jnawwru l-qalb bla ma nindunaw. Is-suppervja hi l-agħar minn dawn id-dnubiet, kompla l-Papa. Id-dnub tas-suppervja jista’ jinfetta lil dawk il-persuni li jgħixu ħajja reliġjuża intensa. Hu kkwota mill-ewwel ittra ta’ San Ġwann u qal li “jekk ngħidu li ma għandna ebda dnub inkunu qed nidħku bina nfusna”.
Kif diga ghidt, id-dnubiet u l-vizzji kollha għandhom “omm” li twellidhom u din hi s-Suppervja, id-dnub prinċipali, id-dnub tal-bidu, id-dnub ta’ Adam u Eva, li wassal għall-waqa’ tal-bniedem fil-Ġnien ta’ l-Eden. L-ewwel darba li l-bniedem ġie ttentat kien fis-suppervja tiegħu. Is-serp qal lill-mara: “Alla jaf li dakinhar li tieklu minnu jinfetħu għajnejkom u ssiru bħal allat li jafu t-tajjeb u l-ħażin.” (Ġen. 3, 5).
Din li l-bniedem isir bħal Alla minn dejjem xegħlet moħħ l-umanità. Ħaġa bħal din ma jistax jixtieqha annimal għax m’għandux l-intelliġenza biex jaħseb fuq dan. Il-bniedem iva; infatti “ l-mara rat li s-siġra kienet tajba għall-ikel u tiġbdek fil-għajn, u s-siġra tħajrek biex tikseb id-dehen.” (Ġen. 3, 6).
Minkejja l-medda taz-zmien, il-bniedem tal-lum ma tghallem assolutament xejn, anzi ghamel lilu nnifsu alla ghax bl-iskoperti tax-xjenza u bil-progress fenomenali f’kull qasam tal-hajja, haseb li lahaq is-sema b’idu. Fis-suppervja tieghu, il-bniedem ma jirrikonoxxix u ma jaccettax li dan kollu gej minn Alla, u mhux bil-hila tieghu. Il-mikrobu li semmejt fil-bidu sabbatna lkoll ma’ l-art, nilaghqu t-trab tal-art.
Aħna lkoll imsejħin nilbsu l-umiltà, specjalment fir-relazzjonijiet taghna ma’ l-ohrajn għax Alla jistmell lis-suppervi u jagħti l-grazzji lill-umli. Il-ligi fundamentali tal-qadi hija bla dubju ta’ xejn l-umilta. Dik l-umilta li ggeghlna naghrfu li ahna m’ahna xejn u dak kollu li ahna u li ghandna gej minn Alla.
Il-Papa Frangisku jghallimna li aħna midjuna m’Alla għax ħadd minna m’hu kapaċi jħobb mingħajr il-grazzja t’Alla. Huwa jfisser dan bħala “l-misteru tal-qamar” li ma jdawwalx bid-dawl tiegħu imma jirrifletti d-dawl tax-xemx. “Jekk inħobbu, hu għax aħna maħbuba. Jekk naħfru hu għax lilna ħafrulna”.
San Gorg Preca kien jghallimna li s-supperv iwarrab lil min jagħmillu xi osservazzjoni għall-ġid tiegħu: l-umli jirringrazzja bis-sinċerità lil min jikkoreġih u jibqa’ jafhulu.
Santu Wistin jghid li s-suppervja bidlet l-angli fi spirti hziena u l-umilta bidlet il-bnedmin f’angli.
Is-suppervja titkecca bl-umilta, hekk kien jghallimna Dun Gorg Preca.
Il-Kelma t’Alla tghallimna li min jahseb li hu xi haga filwaqt li m’huwa xejn, ikun qed iqarraq bih innifsu.
NISKATA UMILTA TAGHMLILNA HAFNA GID SPIRITWALI.
Il-Paci maghkom
Peter ofs

Ministru
0 Comments