Il-Mewg tal-Hajja
Kien filghodu kmieni u Gamri qam biex bhal ma kien ihobb jaghmel nhar ta’ Sibt jerhiela bil-frejgatina tieghu iqatta’ ftit tal-hin jistad. Kien id-delizzju favorit tieghu u ma damx ma wasal ftit ‘il-barra mix-xatt u reha x-xlief fil-bahar u wara ftit beda jwahhal huta wara l-ohra. Kien qed jiehu pjecir hafna u ma ndunax li kien dar ir-rih izda wara ftit bdiet gejja xi mewga u l- frejgatina bdiet toghla u tinzel. Ta’ bniedem ghaqli u ta’ esperjenza li kien malajr iddecieda li ahjar idabbar rasu ‘ l gewwa. Ghalhekk dlonk refa x-xlief, qabbad il-mutur u rhielha ghall-kenn tal-bajja. Ic-cafcifa gholiet gmielha u l-laqxa bdiet tiela ‘l fuq u niezla ‘l isfel mal-mewg sa ma fl-ahhar Gamri irnexxielu jasal , fejn rabat il-frejgatina tajjeb mal-baga li kellu u rhielha lejn id-dar.
U din-naqra ta’ grajja tfakkarni li ahna wkoll f’hajjietna bhall-frejgatina ta’ Gamri daqqa nsibu ruhna ‘l fuq u daqqa nsibu ruhna ‘l isfel. Ghaddew u ghadhom jigu fuqna mumenti sbieh fil-hajja meta ahna nkunu mimlijin bil- ferh u bl-entuzjazmu. Nghidu ahna xi twelid ta’ xi tarbija fil-familja, xi success ta’ xi hadd li hu ghaziz hafna ghalina. Imma daqqiet ohra nsibu ruhna f’ mumenti ta’ dwejjaq jew qtiegh il- qalb, mard jew xi telfa ta’ xi hadd ghaziz. Imma hawn hu l-mument tal-prova taghna. Jekk ahna nafdaw lilna nfusna u nhallu lil Gesu’ li tant ihobbna fuq it-tmun zgur li bhal Gamri jirnexxielna nsolvu kull problema li tista’ tinqalalna u terga’ ssaltan f’qalbna il-paci u s-serenita.
Anke il-hajja spiritwali taghna tista’ tghaddi mit-tlugh u l-inzul taghha. Ta’ bnedmin dghajfa li ahna nistghu nsibu rwiehna wkoll isfel meta nizbaljaw u naqghu ghat-tentazzjoni tal- qarrieq li dejjem lest biex iwaqqaghna. Imma f’waqtiet bhal dawn fil-hajja taghna m’ghandniex naqtghu qalbna. Hemm isfel insibu dik l-id ta’ Dak li tant ihobbna lesta biex terfaghna u nergghu nitilghu ‘l fuq wara li nirrikorru ghas-sagrament ghaziz li hallilna Gesu’ innifsu – is-sagrament tar-rikonciljazzjoni u wara nkomplu nsahhu ir-ruh ghaziza taghna bl-ikel tal-hajja – it-Tqarbin Imqaddes,
Ghalhekk hbieb tieghi naghmlu l-kuragg u meta nsibu ruhna maghkusin jew forsi mdejqin ma naqtghux qalbna . Nintelqu f’idejn il-Mulej u nafdaw fiH, Hu li dejjem jigri warajna b’ imhabba li ma titfissirx, nhallu f’idejH u zgur iwassalna fil-kenn tal-port. Zgur li ma jiddispjeciniex.
Insellmilkom.
Joe Debono OFS
0 Comments