IL-MEJTIN GĦADHOM MADWARNA?

 

Il-mejtin tagħna jafu x’qed jiġri minnha, jafu bil-ferħ u l-inkwiet tagħna ? Forsi qegħdin ukoll madwarna? Ir-reliġjonijiet kollha prinċipali; kemm il-Kristjani, kemm-il Lhud, u wkoll il-Musulmani jemmnu li dawk li marru qabilna, jafu li aħna qed inħossu t-telfa tagħhom. Aħna mortali, iżda l-ispirti huma mmortali.

Dawk li marru qabilna jafu li aħna qed inħossu t-telfa tagħhom. Hekk insibu fl-Ewwel Ktieb ta’ Samwel, 28:3 – 25, insibu li dawk li marru qabilna ma spiċċawx fix-xejn, iżda qed jeżistu fid-dinja tal-ispirti, u għadhom iħobbuna, kif aħna għadna nħobbu lilhom. Mela meta toħlom b’xi ħadd għażiż li għadu/ha kemm telaq jew telqet, tista’ tkun qed jibgħatlek xi messaġġ.

Il-mewt hija realta, daqs kemm-il ħajja hija reali . Hawn min ma jemminx fil-ħajja ta’ wara l-mewt, iżda ħafna huma dawk li ġieli ħolmu bl-egħżież  tagħhom u kellmuhom qieshom għadhom magħna. Fuq kollox jiddependi fuq it-Twemmin tiegħek.

Taħsbu li l-mejtin għadhom iħossu l-imħabba lejna, u jħossu li ma għadhomx magħna? Skond l-Ewwel Ktieb tal-Kronaki, vers 10, jgħidilna li dawk li marru qabilna, għadhom iħobbuna u jimmissjawna.

Skond l-istudjużi, ir-riċerka u nies spiritwali, id-dinja, jew l-eżistenza tal-ispirti hija aktar qawwija mid-dinja fiżika. Allura, meta l-egħżież li marru  jimissjawna,  jibgħatulna xi messaġġ, li mhux dejjem nifhmuh. Allura jekk jarawna nkwetati, imdejjqin, jiġu l-għeżież mill-ħajja spiritwali biex iħarsuna permezz tat-talb, jew jinqdew bil-ħolm.

Tony Mahoney ofs.