Il-Magħmudija tal-Mulej Ġesu’
1. Il-Quddies u l-Funzjonijiet tas-Santwarju :
Tistgħu issegwuh minn fuq il-Facebook Page tal-Parroċċa.
Iktbu “Parroċċa Franġiskana Santwarju Madonna Sacro Cuor”.
2. Il-Kummissjoni Kateketika tal-Parroċċa tagħna tfakkar :
Li matul din il-ġimgħa jerġgħu jibdew il-Lezzjonijiet tal-Katekiżmu. Importanti li l-Ġenituri jwieġbu għall-Emails tal-Katekisti.
3. It-Tlieta 11 sal-Ħamis 13 ta’ Jannar :
Il-Kappillani nkunu ‘Live-In’ is-Seminarju (sakemm ma’ jitħassarx minħabba s-sitwazzjoni preżenti).
4. Il-Ħamis 13 ta’ Jannar : 7.30pm Inkomplu bil-Kors ta’ Kana.
5. Il-Fondazzjoni tirringrazzja lil numru sabiħ ta’ Parruċċani :
Li qed jimpenjaw ruħhom li joffru Euro (1.00) fil-ġimgħa għall-Manutenzjoni tas-Santwarju. S’issa inġabret is-Somma ta’ 602 Euro. Id-donazzjonijiet jitpoġġew fil-Kaxxi tal-Fondazzjoni li jinsabu ħdejn l-Altar tal-Qalb ta’ Ġesu’ u ħdejn il-bieb ta’ barra tal-ġenb tas-Santwarju.
6. Ir-Relikwa tal-Beatu Carlo Acutis :
Se tinġieb il-Parroċċa mit-Tnejn 17 sal-Ħadd 23 ta’ Jannar.
Segwu l-Programm fin-Notice Board.
7. Il-Kummissjoni Festi : Il-Kummissjoni Festi tavża :
Li nhar it-Tnejn 17 ta’ Jannar fis-6.00pm ser issir Quddiesa f’egħluq ix-xahar mill-mewt ta’ Enzo Gusman.
Enzo huwa iben il-Parroċċa tagħna u għex tfulitu taħt id-dell tas-Santwarju fi Triq Santa Marija.
Xieraq li bħala Parroċċa nsellmu l-Memorja tiegħu.
Kulħadd hu mistieden.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.
0 Comments