Il-Ħsieb tal-Milied Sena 2021

Ħuti Franġiskani

L-Avvent huwa differenti mir-Randan. Waqt li r-Randan ifisser iktar penitenzi, l-Avvent
ifisser stennija, miġja, preparazzjoni ta’ ferħ u għaqda. Il-perijodu tal-Avvent huwa l-erba’

ġimgħat ta’ qabel il-lejl tal-Milied

Il-bidu tal-Avvent huwa żmien ta’ stennija u preparazzjoni“Għax ma nafux meta jerġa’ jiġi
sid id-dar ……li ma jmurx jiġi għal għarrieda u jsibna reqdin”. U dan huwa ż-żmien li fih
kellna nitolbu u nindmu u nħarsu ‘l quddiem lejn jum il-Mulej. “Waqt li qegħdin nistennew
dan il-jum, infittxu li ngħixu fis-sliem biex inħejju t-triq għall-Mulej”. Din hija espressjoni ta’

ferħ għax il-Mulej ġie biex jaħfrilna dnubietna u jerġa’ jingħaqad magħna. Ġeneralment aħna
wkoll nibdew nistennew li jasal il-Milied minn qabel ma’ jasal Dicembru.

Kbar u żgħar huma fil-maġġoranza li jgħidulek li l-Milied huwa l-isbaħ festa jemmnu u ma
jemmnux li hija l-festa ta’ twelid ta’ Ġesu’. Tista’ tgħid li probabbli hija l-unika festa
marbuta mal-ewwel tas-sena li l-ibliet principali tad-dinja jkunu imżejna u mixgħulin. Il-
ħwienet principali jiżżejnu minn Ottubru biex jiġbdu l-klijenti kmieni. L-istess fil-familji, il-
kbar u ż-żgħar jibdew minn kmieni jippreparaw. L-omm x’ser isajjar u x’ser tixtri; il-missier
biex iżejjen id-dar u s-siġra tal-Milied u t-tfal x’rigali jixtiequ. Ħafna jaħsbu kmieni biex

jarmaw il-presepju.

San Franġisk kien ikun f’ġenna tal-art fi żmien il-Milied. Kien għamel presepju ħaj u sejjaħ

diversi aħwa irġiel u nisa ta’ dawk l-inħawi jġorru magħhom ix-xemgħa u fjakkoli u dawlu il-lejl.
Meta ra hekk Franġisku mtela bil-ferħ.

Dan huwa żmien ta’ ferħ. San Pawl iħeġġiġna biex nifirħu; “Ifirħu dejjem, itolbu bla heda.
Iżżu ħajr lil Alla f’kollox. Dan hu li jrid Alla minn għandkom fi Kristu Ġesu ” il-pjacir
materjali li ngħaddu minnu fil-festi tal-Milied ikun ħafna aktar sabiħ meta jkun imżewwaq

bil-ferħ li jġib miegħu il-ferħ spiritwali. Din is-sena jekk Alla jrid il-pandemija tal-COVID 19
ser tatina ċ-ċans li ngawdu il-funzjonijiet tal-Avvent u n-Novena.
Aħna l-membri tal-OFS kollha anzjani u ħafna minna għandna n-neputijiet u jekk il-COVID
tippermetti neħduhom magħna għan-novena, għall-purcisjoni tal-Bambin u għall-kant tal-
Milied għax dak li jiftakru t-tfal meta jikbru. It-tħabbira tal-Anġlu Gabrijel lil Marija, turi biċ-
ċar li f’Ġesu’ kienu sejrin iseħħu l-wegħdiet li Alla għamel lil David. San Luqa jagħmilha
ċara wkoll li Ġużeppi kien mid-dar ta’ David u liĠesu’ jitnissel minn Verġni mingħajr il-ħidma
ta’ bniedem. Imbagħad Marija qalet; “Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej, ħa jsir minni skont kelmtek.”

B’din l-istqarrija ta’ Marija bdiet isseħ il-wegħda ta’ Alla l-Missier għal fidwa tal-Bniedem.

Nawguralkom Milied mimli Ferħ Qaddis u Sena Ġdida mimlija paci tal-Mulej u saħħa.

Joe Gatt O.F.S.
Ministru Nazzjonali.