Inkunu Appostli u Profeti
1. Iċċelebrajna b’dinjita’ il-Festa tas-Sultana Tagħna tal-Qalb Ħelwa ta’ Ġesu’ : Nirringrazzjaw lil kull min ta sehmu u ħa sehem fiċ-Ċelebrazzjonijiet.
Il-Ġabra Speċjali fil-weekend tal-Festa kienet €637.42 Nirringrazzjawkom.
2. Is-Sibt 3 ta’ Lulju : Beda l-Kapitlu Ġenerali tal-Ordni tagħna f’Ruma.
Din il-ġimgħa nitolbu ħerqana għall-Għażla tal-Ministru Ġeneral il-ġdid.
Fit-Talb tagħna niftakru wkoll fil-Qdusija Tiegħu il-Papa Franġisku li jinsab rikoverat fl-isptar.
3. Servizz fid-Djar tal-Anzjani li għandna fil-Parroċċa tagħna : Għandna 2 Idjar “Casa Marija” u “The Imperial”. Kif ukoll id-‘Day Centre’.
• Il-Patrijiet u l-OFS qed jagħtu servizz kontinwu matul is-sena lil dawn ħutna anzjani li huma parti integrali mill-Parroċċa tagħna.
• Infakkar ukoll li kull l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar aħna l-Patrijiet għadna nżuru l-anzjani u l-morda fid-djar tagħhom għas-servizz tal-qrar u tqarbin sakemm jippermettulna d-direttivi.
4. Servizzi oħra li l-Patrijiet jagħtu huma fit-3 Skejjel : Kelma ta’ ringrazzjament lill-Patrijiet li matul is-sena jagħtu servizz fil-Iskejjel ta’ St Benild, ta’ St Francis u dik Primarja.
5. L-Għaqda Volontarja Parrokkjali: “IL-Ħbieb Tas-Santwarju”, tħabbar bi pjaċir li l-membri attivi fis-Soċjeta, s’issa telgħu 31.
L-Għaqda tħeġġeġ oħrajn biex jissieħbu magħha.
Il-Formoli tal-Applikazzjoni jinsabu fl-Uffiċċju tal-Kappillan jew ħdejn l-Altar tal-Qalb ta’ Ġesu.
Il-mira tagħna hi li sa l-aħħar tas-sena nilħqu il-mitt membru attiv.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.