1. Nhar it-Tnejn 5 ta´ Frar, laqgħa tal-Ushers fis-6.30pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.

2. Il-Kummissjoni Festi llum qed tagħmel bejgħ ta` Cakes u Ħelu fuq iz-zuntier. Bid-donazzjonijiet tagħkom tgħinuha fl-ispejjeż li jkollha biex torganizza u tgħin fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Parroċċa matul is-sena kollha.

3. It-Tlieta 6 ta` Frar, wara l-Quddiesa ta` filgħaxija ssir il-laqgħa għall-Franġiskani
Sekulari ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
Iwassal il-ħsieb spiritwali Fr. Julian Sammut O.F.M.. Kulħadd huwa mistieden.

4. Il-Ħamis 8 ta` Frar fil-5.30pm issir l-Adorazzjoni u wara l-Quddiesa l-Lectio Divina.

5. Il-Ġimgħa 9 ta` Frar, Lejlet il-Festa ta` San Pawl Missierna, il-Quddiesa tas-6.00pm
tkun tħodd għall-għada s-Sibt 10 ta` Frar, Jum il-Festa.
Hija Festa Kmandata u hemm l-obbligu tal-Quddies li jkun bħal tal-Ħadd.
Filgħaxija jkun hawn il-Quddiesa tal-5.00pm u tas-6.30pm.

Il-Ġimgħa fit-8.00pm issir l-Ikla b’risq il-Festa fil-Każin Banda Sliema mill-istess Każin flimkien mal-Kummissjoni Festi. Donazzjoni €20.

6. Il-Festa tal-Madonna ta` Lourdes minflok il-Ħadd se ssir it-Tnejn 12 ta` Frar.
Minħabba li hu Jum l-Anzjani u l-Morda, niltaqgħu għall-Quddiesa tad-9.00am, fiha tingħata l-Griżma tal-Morda. L-Anzjani mistiedna jiġu u wara l-Quddiesa jkollhom laqgħa soċjali ħdejn l-Uffiċċju
Parrokkjali.

7. Il-Kummissjoni Żgħażagħ tal-Każin Banda Sliema se torganizza l-Party tal-Karnival għat-tfal, it-Tnejn 12 ta` Frar mill-5.00pm il-Quddiem b’donazzjoni ta` €13.

8. Il-Fondazzjoni Manutenzjoni flimkien mal-Għaqda Ħbieb tas-Santwarju b’risq ir-restawr tal-Knisja, tfakkar lill-membri biex iħallsu l-miżata ta` €25 kull sena, filwaqt li tħeġġeġ aktar persuni biex jissieħbu magħha f’dan iż-żmien li qed jinġabru fondi
b’risq il-Manutenzjoni tal-Bjut tal-Knisja. Tfakkar fl-€1 fil-ġimgħa li min jista` jixħet fil-kaxex apposta u fil-Lotterija ta` Weekend Break għal 2 li se titla` fl-Għid il-Kbir.
Nirringrazzjawkom għas-sapport kontinwu tagħkom.

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433