“Intom il-Melħ tal-Art”.
1. Il-Ġabra Speċjali : Kienet €763.69. Nirringrazzjawkom.
2. It-Tnejn 10 ta’ Frar : Festa ta’ Missierna San Pawl (Festa Kmandata). Hu obbligu tal-Quddies. Il-Quddies ikun bħal Ħadd.
3. It-Tlieta 11 ta’ Frar : Jum Dinji tal-Morda u l-1 dehra tal-Madonna f’Lourdes. Fil-Quddies tad-9.00am u tas-6.00pm namministraw is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda. Min għandu bżonn trasport ikellem lil xi membru tal-Kummissjoni Parrokkjali Anzjani.
4. 6.30pm Laqgħa tal-L-OFS mal-Viżitatur Ġenerali tal-Franġiskani fis-Sala tagħhom.
5. Il-Tlieta u l-Erbgħa ser ikollna fostna l-Viżitatur Ġenerali : Fr Jeffret Scheeler OFM bi preparazzjoni għal Kapitlu Provinċjali li se niċċelebraw f’Mejju 2020. L-Erbgħa ikun fostna għal Quddies tas-6.pm.
6. Is-Sibt 15 ta’ Frar : L-Assembleja Parrokkjali. Jirreġistra min ser jattendi.
7. It-Tnejn 17 ta’ Frar : 6.30pm Kunċert fil-Knisja mill-Kor “The Kings School Worcester”. Imtella’ mill-Fundazzjoni John Paul II.
8. It-Tnejn 24 ta’ Frar : Karnival għal kulħadd fiċ-Ċentru. Ibbukkjaw mingħand il-Ġenituri tal-Abbatini.
9. Il-Ħadd 15 ta’ Marzu : Maratona ta’ Talb, Sawm u Penitenza b’riżq id-Dar tal-Providenza. Hi stedina għal kulħadd.
10. Il-Kummissjoni Festi tavża :
• L-10 ta’ Frar : Festa Publika. 10.00am Bingo Breakfast il-Każin. Prezz €13 li jinkludi l-Ktieb tal-Bingo u l-Ikel.
• F’San Valentino ferraħ lil min tħobb bil-Fjuri : Kellmu lil Brian Vigar.
• Is-Sibt 16 u l-Ħadd 17 ta’ Frar : Cake Sale fuq iz-Zuntier waqt il-Quddies : Min jista’ joffri xi Cake kellmu lil Brian Vigar.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan
7953 7719.
0 Comments